+Artikolu 28 Monitoraġġ u rapportar
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Monitoraġġ u rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Sat-18 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, se tinġabar id-data. Huwa għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Fi kwalunkwe każ, mit-18 ta’ Awwissu 2026, l-Istati Membri għandhom jiġbru statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti u jżommu rekord ta’ tali statistika. Id-data miġbura għas-sena kalendarja preċedenti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Marzu, u għandha tinkludi:
(a)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs maħruġa, skont it-tip ta’ data mitluba, id-destinatarji u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(b)
l-għadd ta’ EPOCs maħruġa taħt derogi ta’ każijiet ta’ emerġenza;
(c)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs issodisfati u mhux issodisfati, skont it-tip ta’ data mitluba, id-destinatarji u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(d)
l-għadd ta’ notifiki lill-awtoritajiet tal-infurzar skont l-Artikolu 8, u l-għadd ta’ EPOCs li ġew miċħuda, skont it-tip ta’ data mitluba, id-destinatarji, is-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le) u r-raġuni għar-rifjut;
(e)
għall-EPOCs issodisfati, il-perjodu medju bejn il-mument li fih ikun inħareġ l-EPOC u l-mument li fih tkun inkisbet id-data mitluba, skont it-tip ta’ data mitluba, id-destinatarji u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(f)
għall-EPOC-PRs issodisfati, il-perjodu medju bejn il-mument li fih ikun inħareġ l-EPOC-PR u l-mument li fih tkun inħarġet it-talba sussegwenti għall-produzzjoni, skont it-tip ta’ data mitluba u d-destinatarji;
(g)
l-għadd ta’ Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej jew Ordnijiet ta’ Preservazzjoni Ewropej trażmessi lil Stat tal-infurzar, u riċevuti minnu, għall-infurzar, skont it-tip ta’ data mitluba, id-destinatarji u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le) u l-għadd ta’ tali ordnijiet li ġew issodisfati;
(h)
l-għadd ta’ rimedji legali użati kontra Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej fl-Istat emittenti u fl-Istat tal-infurzar, skont it-tip ta’ data mitluba.
(i)
l-għadd ta’ każijiet fejn ma tkunx ingħatat validazzjoni ex post skont l-Artikolu 4(5);
(j)
ħarsa ġenerali tal-kostijiet dikjarati mill-fornituri tas-servizzi b’rabta mal-eżekuzzjoni tal-EPOCs jew l-EPOC-PRs u l-kostijiet rimborżati mill-awtoritajiet emittenti.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Mit-18 ta’ Awwissu 2026, għall-iskambji tad-data mwettqa permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata skont l-Artikolu 19(1), l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tinġabar b’mod programmatiku mill-portali nazzjonali. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 22 għandu jkun mgħammar teknikament biex jipprevedi tali funzjonalità.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Il-fornituri tas-servizzi jistgħu jiġbru, iżommu rekord tal-istatistika u jippubblikawha skont il-prinċipji eżistenti tal-protezzjoni tad-data. Jekk kwalunkwe statistika bħal din tinġabar għas-sena kalendarja preċedenti, din tista’ tintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu u tista’, sa fejn ikun possibbli, tinkludi:
(a)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs riċevuti, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(b)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs issodisfati u mhux issodisfati, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(c)
għall-EPOCs issodisfati, il-perjodu medju meħtieġ biex tingħata d-data mitluba mill-mument li jkun ġie riċevut l-EPOC sal-mument li fih tkun ingħatat id-data, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(d)
għall-EPOCs-PRs issodisfati, il-perjodu medju bejn il-mument li fih ikun inħareġ l-EPOC-PR u l-mument li fih tkun tinħareġ it-talba sussegwenti għall-produzzjoni, skont it-tip ta’ data mitluba u l-Istat emittenti.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Mit-18 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, tippubblika rapport li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 f’forma miġbura, subdiviża għal kull Stat Membru u t-tip ta’ fornitur tas-servizzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|