+Artikolu 4 1.

Artikolu 4 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw kopertura minima ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi tqal fit-territorju tagħhom.

Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, tul mill-inqas 15 % min-network tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 400  kW u jinkludi mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;

(b) 

sal-31 ta’ Diċembru 2027, tul mill-inqas 50 % min-network tat-toroq TEN-T, jiġu installati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar:

(i) 

tul in-network ewlieni tat-toroq TEN-T, joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 2 800  kW u jinkludi mill-inqas żewġ stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;

(ii) 

tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 400  kW u jinkludi mill-inqas stazzjon wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;

(c) 

sal-31 ta’ Diċembru 2030, tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 3 600  kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;

(d) 

sal-31 ta’ Diċembru 2030, tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 100 km bejniethom u kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 500  kW u jinkludi mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;

(e) 

Sal-31 ta’ Diċembru 2027, f’kull żona ta’ parkeġġ sikura u sigura jiġu varati mill-inqas żewġ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 100 kW;

(f) 

sal-31 ta’ Diċembru 2030, f’kull żona ta’ parkeġġ sikura u sigura jiġu varati mill-inqas erba’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 100 kW;

(g) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, f’kull nodu urban jiġu varati punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output aggregat ta’ mill-inqas 900 kW, fornuti minn stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;

(h) 

sal-31 ta’ Diċembru 2030, f’kull nodu urban jiġu varati punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output aggregat ta’ mill-inqas 1 800  kW, fornuti minn stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.