+Artikolu 4 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
|
Artikolu 4 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kopertura minima ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi tqal fit-territorju tagħhom. Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2025, tul mill-inqas 15 % min-network tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 400 kW u jinkludi mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, tul mill-inqas 50 % min-network tat-toroq TEN-T, jiġu installati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar:
(i)
tul in-network ewlieni tat-toroq TEN-T, joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 2 800 kW u jinkludi mill-inqas żewġ stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;
(ii)
tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 400 kW u jinkludi mill-inqas stazzjon wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;
(c)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom u li kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 3 600 kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;
(d)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 100 km bejniethom u kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 1 500 kW u jinkludi mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 350 kW;
(e)
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, f’kull żona ta’ parkeġġ sikura u sigura jiġu varati mill-inqas żewġ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 100 kW;
(f)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, f’kull żona ta’ parkeġġ sikura u sigura jiġu varati mill-inqas erba’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 100 kW;
(g)
sal-31 ta’ Diċembru 2025, f’kull nodu urban jiġu varati punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output aggregat ta’ mill-inqas 900 kW, fornuti minn stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(h)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, f’kull nodu urban jiġu varati punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal b’potenza tal-output aggregat ta’ mill-inqas 1 800 kW, fornuti minn stazzjonijiet tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-kalkolu tal-perċentwal tat-tul tan-network tat-toroq TEN-T imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għandu jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur: it-tul totali tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T fit-territorju tal-Istat Membru;
(b)
għall-kalkolu tan-numeratur: it-tul kumulat tas-sezzjonijiet tan-network tat-toroq TEN-T bejn żewġ gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) jew (b) rispettivament, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe sezzjoni tan-network tat-toroq TEN-T bejn tnejn minn dawk il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar li jkunu aktar minn 120 km ’il bogħod minn xulxin.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Grupp uniku ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi elettriċi tqal jista’ jiġi varat tul it-toroq tan-network tat-toroq TEN-T għaż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar dment li:
(a)
dak il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun aċċessibbli faċilment miż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar;
(b)
dak il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun issinjalat b’mod adegwat; u
(c)
r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi applikabbli għal direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar jiġu rrispettati għaż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar.
|
|
Artikolu 4 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tul it-toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 2 000 vettura tqila u meta l-varar tal-infrastruttura ma jistax jiġi ġġustifikat f’termini ta’ kostijiet-benefiċċji soċjoekonomiċi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi elettriċi tqal iservi ż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi tal-irriċarġjar applikabbli għal direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar, u li l-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun aċċessibbli faċilment miż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar u issinjalat b’mod adegwat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 4 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tul it-toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 2 000 vettura tqila u meta l-varar tal-infrastruttura ma tistax tiġi ġġustifikata f’termini ta’ kostijiet-benefiċċji soċjoekonomiċi, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu, sa massimu ta’ 50 %, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi elettriċi tqal meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li l-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar jaqdi biss direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar u li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi tal-irriċarġjar. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 4 6.
|
B’deroga mir-rekwiżit relatat mad-distanza massima ta’ 60 km bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi elettriċi tqal stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu distanza akbar, sa massimu 100 km, għal tali gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar tul toroq tan-network ewlieni TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 800 vettura tqila, dment li d-distanza bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar tkun issinjalata b’mod adegwat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-derogi msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni b’każ li fih ikun għamel użu minn deroga msemmija fil-paragrafu 6, ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c), f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 4 8.
|
B’deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c) u (d), relatati mal-potenza tal-output totali ta’ gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal u mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c), relatati mad-distanza massima bejn dawk il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, Ċipru jista’ jippreżenta lill-Kummissjoni talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika rekwiżiti aktar baxxi f’termini tal-livell tal-potenza tal-output totali tal-gruppi tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi tqal jew biex japplika distanza massima itwal, sa massimu ta’ 100 km, bejn dawk il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew it-tnejn, dment li tali talba, jekk awtorizzata, ma timpediix iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi elettriċi tqal f’dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba motivata ppreżentata skont l-ewwel subparagrafu, tadotta deċiżjoni kif ġustifikat f’kull każ. Kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija lil Ċipru permezz ta’ tali deċiżjoni għandha tkun valida għal massimu ta’ erba’ snin. F’każ li Ċipru jkun jixtieq jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni, huwa jista’ jissottometti talba motivata oħra lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 4 9.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-Istati Membri ġirien għandhom jiżguraw li d-distanzi massimi bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), ma jinqabżux għat-taqsimiet transfruntiera tan-network ewlieni tat-toroq TEN-T u tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T. Qabel dik id-data, għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-taqsimiet transfruntiera u l-Istati Membri ġirien għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jirrispettaw dawk id-distanzi massimi hekk kif ivaraw l-infrastruttura tal-irriċarġjar tul it-taqsimiet transfruntiera tan-network tat-toroq TEN-T.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|