|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Il-qafas ta’ politika nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tal-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq fir-rigward tal-fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport, u tal-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aċċess intermodali tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u, fejn rilevanti, il-kontinwità transfruntiera u l-iżvilupp ta’ infrastruttura għal fjuwils alternattivi fuq il-gżejjer u fir-reġjuni ultraperiferiċi;
(b)
miri u objettivi nazzjonali skont l-Artikoli 3, 4, 6, 8, 9, 10, 11 u 12 li għalihom huma stabbiliti miri nazzjonali obbligatorji f’dan ir-Regolament;
(c)
il-politiki u l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri u l-objettivi obbligatorji msemmija fil-punt (b);
(d)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jippromwovu l-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi għall-flotot vinkolati, b’mod partikolari għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar u għall-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu għas-servizzi tat-trasport pubbliku u għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-car sharing;
(e)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-varar ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għal vetturi ħfief u tqal f’postijiet privati li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku;
(f)
miżuri, ippjanati jew adottati, għall-promozzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi fin-nodi urbani, b’mod partikolari fir-rigward ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(g)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jippromwovu għadd suffiċjenti ta’ punti tal-irriċarġjar b’potenza għolja aċċessibbli għall-pubbliku;
(h)
il-miżuri, ippjanati jew adottati, meħtieġa biex jiġi żgurat li l-varar u l-operazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar, inkluża d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti tal-irriċarġjar bidirezzjonali, jikkontribwixxu għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija u għall-penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fis-sistema elettrika;
(i)
miżuri biex jiġi żgurat li l-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għall-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku jkunu aċċessibbli għall-persuni akbar fl-età, għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u għall-persuni b’diżabilità f’konformità mar-rekwiżiti dwar l-aċċessibbiltà tad-Direttiva (UE) 2019/882;
(j)
miżuri, ippjanati jew adottati, biex jitneħħew l-ostakli possibbli fir-rigward tal-ippjanar, tal-permessi, tal-akkwist u tal-funzjonament ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi;
(k)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet marittimi għajr għall-provvista tal-metan likwifikat u tal-elettriku mix-xatt għall-użu mill-bastimenti li jbaħħru, bħal pereżempju l-idroġenu, l-ammonijaka, il-metanol u l-elettriku;
(l)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi inklużi l-miri, l-istadji importanti u l-finanzjament meħtieġ, għall-ferroviji li jaħdmu bl-idroġenu jew bil-batteriji fuq is-sezzjonijiet ferrovjarji TEN-T li ma jistgħux jiġu elettrifikati;
(m)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi f’ajruporti għajr għall-provvista tal-elettriku lill-inġenji tal-ajru stazzjonarji, bħall-irriċarġjar elettriku u r-riforniment tal-idroġenu għall-inġenji tal-ajru;
(n)
ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali, il-perspettivi, u l-miżuri ppjanati fir-rigward tal-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fin-navigazzjoni interna, bħal dik għall-elettriku u l-idroġenu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|