+Artikolu 24 Rappurtar u rieżami
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.

Artikolu 24 Rappurtar u rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat ta’ tħejjija tat-teknoloġija u tas-suq dwar il-vetturi tqal. Dak ir-rapport għandu jqis l-indikazzjonijiet inizjali tal-preferenzi tas-suq. Għandu jqis ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi miksuba sa dik id-data u l-iżviluppi mistennija fuq terminu qasir, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards u t-teknoloġiji tal-irriċarġjar u tar-riforniment, bħal standards tal-irriċarġjar b’potenza għolja u sistemi tat-toroq elettriċi, u l-użu tal-idroġenu likwidu.

Fir-rigward tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu, il-Kummissjoni għandha tkompli tivvaluta r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6 fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-ħtieġa li tiġi speċifikata kapaċità ogħla għal dawk l-istazzjonijiet, il-ħtieġa li jiġu speċifikati l-miri għall-infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu likwidu, kif ukoll id-data għall-estensjoni tar-rekwiżiti għall-varar tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu għan-network komprensiv TEN-T.

Artikolu 24 2.
Sal-31 ta’ Diċembru 2026 u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament.

Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(a) 

jekk il-livelli limitu tat-traffiku msemmija fl-Artikolu 3(6) u (7), fl-Artikolu 4(4) u (5), u fl-Artikolu 6(4) għadhomx rilevanti fid-dawl taż-żieda mistennija tas-sehem ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jew vetturi elettriċi bil-batterija meta mqabbla mal-flotta totali ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Unjoni;

(b) 

jekk il-mezzi elettroniċi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 5(1) għadhomx xierqa;

(c) 

il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ipprezzar għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku u jekk il-komponenti tal-ipprezzar stabbiliti fl-Artikolu 5(4) jipprovdux lill-konsumaturi b’informazzjoni ċara u suffiċjenti;

(d) 

tnaqqis possibbli tal-livell limitu ta’ tunnellaġġ gross, stabbilit fl-Artikolu 9, kif ukoll estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal tipi oħra ta’ vapuri wara aġġustamenti rilevanti f’atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni;

(e) 

l-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq għall-avjazzjoni tal-idroġenu u tal-propulsjoni elettrika;

(f) 

l-effetti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-potenzjal u l-kobor tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-punt sa fejn l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament laħqet l-objettivi tiegħu u sa liema punt din kellha impatt fuq il-kompetittività tas-setturi rilevanti koperti minnu. Dak ir-rieżami għandu jkopri wkoll l-interazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni u għandu jidentifika kwalunkwe dispożizzjoni li tista’ tiġi aġġornata u ssimplifikata, kif ukoll azzjonijiet u miżuri li possibbilment ittieħdu jew li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-pressjoni tal-kostijiet totali fuq is-setturi rilevanti. Bħala parti mill-analiżi tal-Kummissjoni tal-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament, ir-rieżami għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-piż li dan ir-Regolament jimponi fuq in-negozji.

Artikolu 24 3.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, jekk ikun xieraq, jekk għandhiex takkumpanja dak ir-rieżami bi proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.