|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Sal-31 ta’ Diċembru 2026 u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament. Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:
(a)
jekk il-livelli limitu tat-traffiku msemmija fl-Artikolu 3(6) u (7), fl-Artikolu 4(4) u (5), u fl-Artikolu 6(4) għadhomx rilevanti fid-dawl taż-żieda mistennija tas-sehem ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jew vetturi elettriċi bil-batterija meta mqabbla mal-flotta totali ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Unjoni;
(b)
jekk il-mezzi elettroniċi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 5(1) għadhomx xierqa;
(c)
il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ipprezzar għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku u jekk il-komponenti tal-ipprezzar stabbiliti fl-Artikolu 5(4) jipprovdux lill-konsumaturi b’informazzjoni ċara u suffiċjenti;
(d)
tnaqqis possibbli tal-livell limitu ta’ tunnellaġġ gross, stabbilit fl-Artikolu 9, kif ukoll estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal tipi oħra ta’ vapuri wara aġġustamenti rilevanti f’atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni;
(e)
l-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq għall-avjazzjoni tal-idroġenu u tal-propulsjoni elettrika;
(f)
l-effetti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-potenzjal u l-kobor tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-punt sa fejn l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament laħqet l-objettivi tiegħu u sa liema punt din kellha impatt fuq il-kompetittività tas-setturi rilevanti koperti minnu. Dak ir-rieżami għandu jkopri wkoll l-interazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni u għandu jidentifika kwalunkwe dispożizzjoni li tista’ tiġi aġġornata u ssimplifikata, kif ukoll azzjonijiet u miżuri li possibbilment ittieħdu jew li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-pressjoni tal-kostijiet totali fuq is-setturi rilevanti. Bħala parti mill-analiżi tal-Kummissjoni tal-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament, ir-rieżami għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-piż li dan ir-Regolament jimponi fuq in-negozji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|