+ANNESS I Rappurtar

ANNESS I Rappurtar




ANNESS I

Rappurtar

Ir-rapport nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15(1) għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-iffissar tal-miri

(a) 

il-projezzjonijiet tal-adozzjoni tal-vetturi għall-31 ta’ Diċembru tas-snin 2025, 2030 u 2035 għal:

— 
vetturi ħfief, separatament għal vetturi elettriċi ħfief bil-batterija, vetturi ħfief plug-in hybrid, u vetturi ħfief li jaħdmu bl-idroġenu;
— 
vetturi tqal, separatament għal vetturi elettriċi tqal bil-batterija u vetturi tqal li jaħdmu bl-idroġenu;
(b) 

il-miri għall-31 ta’ Diċembru 2025, 2027, 2030 u 2035 għal:

— 
infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output (il-klassifikazzjoni tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar f’konformità mal-Anness III);
— 
l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi ħfief li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku, jekk applikabbli;
— 
infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi tqal: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output;
— 
l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi tqal li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku, jekk applikabbli;
— 
l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment, il-kapaċità tal-istazzjonijiet tar-riforniment u l-konnettur ipprovdut;
— 
stazzjonijiet tar-riforniment fit-triq għall-metan likwifikat: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment u l-kapaċità tal-istazzjonijiet;
— 
il-punti tar-riforniment għall-metan likwifikat fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T inkluż il-post (port) u l-kapaċità għal kull port;
— 
il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post eżatt (il-port) u l-kapaċità ta’ kull installazzjoni fil-port;
— 
il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post (il-port) u l-kapaċità;
— 
il-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji, l-għadd ta’ installazzjonijiet għal kull ajruport tan-network ewlieni TEN-T jew ajruport tan-network komprensiv TEN-T;
— 
miri u objettivi nazzjonali oħra li għalihom ma teżisti l-ebda mira nazzjonali obbligatorja tal-Unjoni, jekk applikabbli. Għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, fl-ajruporti u għat-trasport ferrovjarju, iridu jiġu rrapportati l-post u l-kapaċità/id-daqs tal-installazzjoni;
2. 

ir-rati ta’ utilizzazzjoni: għall-kategoriji taħt il-punt 1(b), ir-rappurtar tal-utilizzazzjoni ta’ dik l-infrastruttura;

3. 

il-livell ta’ kisba tal-miri nazzjonali rrapportati għall-varar ta’ fjuwils alternattivi fil-modi tat-trasport differenti (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);

— 
il-livell ta’ kisba tal-miri għall-varar tal-infrastruttura kif imsemmi fil-punt 1(b) għall-modi kollha applikabbli tat-trasport, b’mod partikolari għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar, għas-sistema ta’ triq elettrika (jekk applikabbli), għall-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu, għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għall-bunkering tal-metan likwifikat fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T, għal infrastruttura oħra tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, għall-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji;
— 
għall-punti tal-irriċarġjar, l-ispeċifikar tal-proporzjon tal-infrastruttura pubblika għal dik privata;
— 
varar tal-infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi fin-nodi urbani;
4. 

ir-rieżami tal-każijiet li fihom l-Istati Membri jkunu għamlu użu mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 3, il-paragrafi (6), (7) u (8), l-Artikolu 4, il-paragrafi (6), (7) u (8) u l-Artikolu 6, il-paragrafu (4);

5. 

il-miżuri legali: informazzjoni dwar miżuri legali, li jistgħu jikkonsistu minn miżuri leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi b’appoġġ għall-bini ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, bħall-permessi għall-bini, il-permessi għaż-żoni tal-postijiet ta’ parkeġġ, iċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tan-negozji u konċessjonijiet ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u tar-riforniment;

6. 

informazzjoni dwar il-miżuri ta’ politika b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika nazzjonali, inkluż:

— 
l-inċentivi diretti għax-xiri ta’ mezzi tat-trasport li jużaw il-fjuwils alternattivi jew għall-bini tal-infrastruttura;
— 
id-disponibbiltà ta’ inċentivi tat-taxxa għall-promozzjoni ta’ mezzi tat-trasport li jużaw fjuwils alternattivi u l-infrastruttura rilevanti;
— 
l-użu ta’ akkwist pubbliku b’appoġġ għall-fjuwils alternattivi, inkluż l-akkwist konġunt;
— 
inċentivi min-naħa tad-domanda li mhumiex ta’ natura finanzjarja, pereżempju aċċess preferenzjali għal żoni ristretti, politika tal-parkeġġ u korsiji apposta;
7. 

l-appoġġ għall-varar u għall-manifattura, inkluż:

— 
baġit pubbliku annwali allokat għall-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi, imqassam skont il-fjuwil alternattiv u skont il-mod tat-trasport (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);
— 
baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta’ impjanti għall-manifattura ta’ teknoloġiji li jużaw fjuwil alternattiv, imqassam skont il-fjuwil alternattiv;
— 
kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa partikolari waqt il-fażi inizjali tal-varar ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi;
8. 

riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (RŻT&D): baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta’ fjuwils alternattivi RŻT&D.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.