3. Mill-1 ta’ Jannar 2030 u sal-31 ta’ Diċembru 2034, u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż, fejn xieraq, il-korp ta’ ġestjoni tal-port, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li bastiment li jkun irmiġġat mal-moll f’port tal-waqfa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu li ma jkunx kopert mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804, jew f’ċerti partijiet ta’ dan il-port, għandu jikkonnettja mal-provvista tal-elettriku mix-xatt u jużaha għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tiegħu waqt li jkun irmiġġat. L-Istat Membru għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li jimponi t-tali rekwiżit lill-Kummissjoni sena qabel l-applikazzjoni tiegħu. Tali deċiżjoni trid applika mill-bidu ta’ perjodu ta’ rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista aġġornata tal-portijiet ikkonċernati. Din il-lista għandha tkun faċilment aċċessibbli.