+Artikolu 15 Monitoraġġ u rappurtar
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Monitoraġġ u rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Mill-1 ta’ Jannar 2025, abbażi tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 8, u wara l-valutazzjoni ta’ dak il-pjan mill-verifikatur, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw u jirreġistraw għal kull bastiment li jasal fi jew jitlaq minn port tal-waqfa, u għal kull vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 2(1), l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, inklużi d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla u l-ħin imqatta’ fl-irmiġġ;
|
|
(b)
|
għal kull bastiment li għalih japplika l-Artikolu 6(1), il-konnessjoni ma’ u l-użu ta’ provvista tal-elettriku mix-xatt jew l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(5) kif ikkonfermat skont l-Artikolu 6(9), il-punt (a), fejn applikabbli;
|
|
(c)
|
l-ammont ta’ kull tip ta’ karburant ikkunsmat fl-irmiġġ u fuq il-baħar;
|
|
(d)
|
l-ammont ta’ elettriku kkonsenjat lill-bastiment permezz ta’ provvista tal-elettriku mix-xatt;
|
|
(e)
|
għal kull tip ta’ karburant ikkunsmat fl-irmiġġ u fil-baħar, il-fattur ta’ emissjoni well-to-tank, il-fatturi ta’ emissjoni tank-to-wake tal-karburant maħruq u l-fatturi ta’ emissjoni tank-to-wake ta’ karburant mhux ikkalkulat assoċjati mal-konsumaturi differenti tal-karburant abbord, li jkopru l-gassijiet serra rilevanti kollha;
|
|
(f)
|
l-ammont ta’ kull tip ta’ sors alternattiv tal-enerġija kkunsmat fl-irmiġġ u fuq il-baħar;
|
|
(g)
|
informazzjoni dwar il-klassi tas-silġ tal-bastiment, jekk il-kumpanija titlob li l-enerġija addizzjonali użata minħabba l-klassi tas-silġ tal-bastiment tiġi eskluża mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stipulat fl-Anness IV bl-użu tar-Rakkomandazzjoni 25/7 tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) dwar is-sikurezza tan-navigazzjoni fix-xitwa fil-Baħar Baltiku biex tiġi stabbiilta l-korrispondenza bejn il-klassijiet tas-silġ;
|
|
(h)
|
il-klassi tas-silġ tal-bastiment, id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta wieħed jidħol u joħroġ mill-kundizzjonijiet tas-silġ, l-ammont ta’ kull tip ta’ karburant ikkunsmat u d-distanza vvjaġġata waqt it-tbaħħir f’kundizzjonijiet tas-silġ kif ukoll id-distanza totali vvjaġġata għall-vjaġġi kollha matul il-perjodu ta’ rapportar jekk il-kumpanija titlob li teskludi l-enerġija addizzjonali użata minħabba t-tbaħħir f’kundizzjonijiet tas-silġ mill-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità stipulat fl-Anness IV.
|
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Il-kumpaniji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni u d-data elenkati fil-paragrafu 1 fil-ħin u b’mod trasparenti u jikkompilawhom fuq bażi annwali b’tali mod li jippermettu lill-verifikatur jivverifika l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Sal-31 ta’ Jannar tal-perjodu ta’ verifika, il-kumpaniji għandhom jipprovdu lill-verifikatur rapport speċifiku għall-bastiment (ir-“rapport FuelEU”) li jkun fih l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-data ta’ monitoraġġ u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) għall-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. F’każ ta’ trasferiment ta’ bastiment minn kumpanija għal oħra:
|
(a)
|
il-kumpanija li tittrasferixxi għandha tinnotifika lill-verifikatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għaż-żmien li matulu kienet assumiet ir-responsabbiltà għat-tħaddim tal-bastiment;
|
|
(b)
|
kemm jista’ jkun prattiku qrib il-jum ta’ tlestija tat-trasferiment u mhux aktar tard minn xahar wara dan, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha tiġi verifikata u rreġistrata fil-bażi tad-data FuelEU f’konformità mal-Artikolu 16 mill-verifikatur li wettaq attivitajiet ta’ verifika għall-bastiment taħt il-kumpanija li tittrasferixxi; u
|
|
(c)
|
mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b), il-kumpanija li għandha tassumi r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-bastiment fil-31 ta’ Diċembru tal-perjodu ta’ rappurtar għandha tkun responsabbli għall-konformità tal-bastiment mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 4 u 6 għall-perjodu kollu ta’ rappurtar li matulu jkun sar it-trasferiment jew it-trasferimenti multipli.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|