|
+Artikolu 3 7. |
Artikolu 3 7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi vvalutat jekk imġiba elenkata fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e), il-punt (f)(ii), il-punti (i) sa (m), u l-punt (r),huwiex probabbli li jikkawża ħsara lill-kwalità tal-arja jew tal-ħamrija, jew lill-kwalità jew lill-istatus tal-ilma, jew lil ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti, jitqiesu wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, meta jkun rilevanti:
(a)
l-imġiba tkun relatata ma’ attività li titqies bħala riskjuża jew perikoluża għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, u tkun teħtieġ awtorizzazzjoni li ma tkunx inkisbet jew ġiet osservata;
(b)
il-punt sa fejn limitu regolatorju, valur jew parametru ieħor mandatorju stabbilit fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b), jew f’awtorizzazzjoni maħruġa għall-attività relevanti jiġi maqbuż;
(c)
jekk il-materjal jew is-sustanza jkunux ikklassifikati bħala perikolużi jew inkella elenkati bħala dannużi għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|