+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-pieni jew miżuri għall-persuni ġuridiċi li jinżammu responsabbli skont l-Artikolu 6(1) jew (2) għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu pieni jew miżuri oħra kriminali jew mhux kriminali, bħal:

(a) 

obbligu li:

(i) 

jirrestawraw l-ambjent f’perjodu speċifiku, jekk il-ħsara tkun riversibbli, jew

(ii) 

iħallsu kumpens għall-ħsara lill-ambjent, jekk il-ħsara tkun irriversibbli jew jekk it-trasgressur ma jkollux il-kapaċità li jwettaq tali restawr;

(b) 

esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew għall-għajnuna pubblika;

(c) 

esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ akkwist, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji;

(d) 

skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet kummerċjali;

(e) 

irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li jkunu rriżultaw fir-reat kriminali rilevanti;

(f) 

tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

(g) 

stralċ ġudizzjarju;

(h) 

għeluq tal-istabbilimenti użati għat-twettiq tar-reat;

(i) 

obbligu li jistabbilixxi skemi ta’ diliġenza dovuta għat-titjib tal-konformità mal-istandards ambjentali;

(j) 

meta jkun hemm interess pubbliku, il-pubblikazzjoni tat-totalità jew ta’ parti tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mar-reat kriminali mwettaq u l-penali jew il-miżuri imposti, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.