+Artikolu 3 2.

Artikolu 3 2.

Kull pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini għandu jinkludi:

(a) 

ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali għal tipi ta’ bini inkluż is-sehem tagħhom fl-istokk nazzjonali tal-bini„ perjodu ta’ kostruzzjoni u żoni klimatiċi differenti, abbażi, skont il-każ, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi u l-bażi tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 22, ħarsa ġenerali lejn l-ostakli tas-suq u l-fallimenti tas-suq u ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli u lejn is-sehem ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli abbażi, kif xieraq, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi;

(b) 

pjan direzzjonali b’miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu, inkluż it-tnaqqis tan-numru ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku, favur il-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika għall-2050, biex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u t-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050;

(c) 

ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati, li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali skont il-punt (b);

(d) 

deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini, is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament, u r-riżorsi amministrattivi għar-rinnovazzjoni tal-bini;

(e) 

il-livelli limitu għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali u d-domanda annwali tal-enerġija primarja ta’ bini b’emissjonijiet żero ġdid jew rinnovat skont l-Artikolu 11;

(f) 

standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali, abbażi ta’ livelli limitu massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1);

(g) 

it-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali, inkluż l-istadji importanti għall-2030 u l-2035 għall-użu medju tal-enerġija primarja f’kWH/(m2.y) skont l-Artikolu 9(2); u

(h) 

stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija mistenni, u tal-benefiċċji usa’, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna.

Il-pjan direzzjonali msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi miri nazzjonali għall-2030, l-2040 u l-2050 fir-rigward tar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-istokk tal-bini nazzjonali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi tiegħu; skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini mhux residenzjali biex jikkonforma ma’ limiti massimi aktar baxxi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1), sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero; u stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa’ mistennija, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna.

Fejn ħarsa ġenerali lejn politiki u miżuri speċifiċi kif imsemmija fil-punt (c) jew deskrizzjoni ġenerali tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ investiment kif imsemmija fil-punt (d) tkun diġà inkluża fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, tista’ tiġi inkluża referenza ċara għall-partijiet rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima fil-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini minflok ħarsa ġenerali żviluppata bis-sħiħ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.