+Artikolu 3 Pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
|
Artikolu 3 Pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini biex jiżgura r- rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta’ bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, bl-objettiv tat-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Kull pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini għandu jinkludi:
(a)
ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali għal tipi ta’ bini inkluż is-sehem tagħhom fl-istokk nazzjonali tal-bini„ perjodu ta’ kostruzzjoni u żoni klimatiċi differenti, abbażi, skont il-każ, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi u l-bażi tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 22, ħarsa ġenerali lejn l-ostakli tas-suq u l-fallimenti tas-suq u ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli u lejn is-sehem ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli abbażi, kif xieraq, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi;
(b)
pjan direzzjonali b’miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu, inkluż it-tnaqqis tan-numru ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku, favur il-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika għall-2050, biex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u t-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050;
(c)
ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati, li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali skont il-punt (b);
(d)
deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini, is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament, u r-riżorsi amministrattivi għar-rinnovazzjoni tal-bini;
(e)
il-livelli limitu għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali u d-domanda annwali tal-enerġija primarja ta’ bini b’emissjonijiet żero ġdid jew rinnovat skont l-Artikolu 11;
(f)
standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini mhux residenzjali, abbażi ta’ livelli limitu massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1);
(g)
it-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali, inkluż l-istadji importanti għall-2030 u l-2035 għall-użu medju tal-enerġija primarja f’kWH/(m2.y) skont l-Artikolu 9(2); u
(h)
stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija mistenni, u tal-benefiċċji usa’, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna.
Il-pjan direzzjonali msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi miri nazzjonali għall-2030, l-2040 u l-2050 fir-rigward tar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-istokk tal-bini nazzjonali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi tiegħu; skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini mhux residenzjali biex jikkonforma ma’ limiti massimi aktar baxxi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9(1), sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero; u stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa’ mistennija, inkluż dawk relatati mal-kwalità ambjentali interna. Fejn ħarsa ġenerali lejn politiki u miżuri speċifiċi kif imsemmija fil-punt (c) jew deskrizzjoni ġenerali tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ investiment kif imsemmija fil-punt (d) tkun diġà inkluża fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, tista’ tiġi inkluża referenza ċara għall-partijiet rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima fil-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini minflok ħarsa ġenerali żviluppata bis-sħiħ.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-abbozz tal-pjan nazzjonali tiegħu ta’ rinnovazzjoni tal-bini, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membri għandu jibgħat l-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta l-Istati Membri jippreżentaw abbozz ta’ aġġornament, bħala parti mill-abbozz tal-aġġornament timsemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinvolvi b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u sħab soċjoekonomiċi oħra, inklużi s-soċjetà ċivili u l-korpi li jaħdmu ma’ unitajiet domestiċi vulnerabbli. Kull Stat Membru għandu jannessa sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu għall-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu. Il-konsultazzjoni pubblika tista’ tiġi integrata bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, sottomessi skont il-paragrafu 3, b’mod partikolari fir-rigward ta’ jekk:
(a)
il-livell ta’ ambizzjoni tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali huwiex suffiċjenti u konformi mal-impenji nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;
(b)
il-politiki u l-miżuri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri nazzjonali stabbiliti;
(c)
l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji u amministrattivi hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan;
(d)
is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il- punt (d), ta’ dan l-Artikolu humiex konformi mat-tnaqqis ippjanat tal-faqar enerġetiku msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu 3);
(e)
il-pjan jagħtix prijorità lir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar rendiment, f’konformità mal-Artikolu 9;
(f)
il-konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4 kinitx inklużiva biżżejjed; u
(g)
il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u mal-mudell fl-Anness II.
Wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 9(2) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Fir-rigward tal-ewwel abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jkun ippreżenta dak il-pjan.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jqis kif xieraq kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi raġunijiet lill-Kummissjoni u għandu jagħmel dawk ir-raġunijiet pubbliċi.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu lill-Kummissjoni, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta Stat Membru jippreżenta aġġornament, bħala parti mill-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
|
|
Artikolu 3 8.
|
Kull Stat Membru għandu jannessa d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul jew il-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini l-aktar reċenti tiegħu mal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jmiss, filwaqt li jindika jekk intlaħqux il-miri nazzjonali tiegħu.
|
|
Artikolu 3 9.
|
Kull Stat Membru għandu jinkludi fir-rapporti nazzjonali integrati tiegħu ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, f’konformità mal-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija sottomess skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, rapport ta’ progress ġenerali dwar ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, f’konformità mal-pjanijiet direzzjonali li jinsabu fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Kull sena, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-evoluzzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tal-istokk tal-bini tal-Unjoni, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli mill-Eurostat u sorsi oħra, u tippubblika l-informazzjoni permezz tal-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|