+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 5.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, sottomessi skont il-paragrafu 3, b’mod partikolari fir-rigward ta’ jekk:

(a) 

il-livell ta’ ambizzjoni tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali huwiex suffiċjenti u konformi mal-impenji nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

(b) 

il-politiki u l-miżuri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri nazzjonali stabbiliti;

(c) 

l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji u amministrattivi hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan;

(d) 

is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il- punt (d), ta’ dan l-Artikolu humiex konformi mat-tnaqqis ippjanat tal-faqar enerġetiku msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu 3);

(e) 

il-pjan jagħtix prijorità lir-rinnovazzjoni tal-bini bl-agħar rendiment, f’konformità mal-Artikolu 9;

(f) 

il-konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4 kinitx inklużiva biżżejjed; u

(g) 

il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u mal-mudell fl-Anness II.

Wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 9(2) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Fir-rigward tal-ewwel abbozz tal-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jkun ippreżenta dak il-pjan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.