|
+Artikolu 14 8. |
Artikolu 14 8.L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għas-simplifikazzjoni, għar-razzjonalizzazzjoni u għall-aċċellerazzjoni tal-proċedura tal-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali u mhux residenzjali, ġdid jew diġà eżistenti, speċjalment tal-assoċjazzjonijiet ta’ koproprjetarji, u jneħħu ostakli regolatorji, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u approvazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali bi spazji ta’ parkeġġ, b’mod partikolari l-ħtieġa li jinkiseb kunsens mingħand sid il-kera jew il-kosidien għal punt tal-irriċarġjar privat għall-użu proprju. Talba mill-inkwilini jew il-koproprjetarji għal permess ta’ installazzjoni ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar fi spazju ta’ parkeġġ tista’ tiġi rrifjutata biss jekk ikun hemm raġunijiet serji u leġittimmi għal dak ir-rifjut. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tagħhom dwar il-proprjetà u l-kera, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-ostakli amministrattivi rigward l-applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ punt tal-irriċarġjar f’bini b’aktar minn abitazzjoni waħda f’assoċjazzjoni tal-inkwilini jew tal-koproprjetarji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ assistenza teknika għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini li jixtiequ jinstallaw punti tal-irriċarġjar u spazji tal-parkeġġ tar-roti. Fir-rigward tal-bini residenzjali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk jintroduċux skemi ta’ appoġġ għall-installazzjoni ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar, il-kablaġġ mgħoddi minn qabel jew il-kanali tal-ispazji tal-parkeġġ tal-karozzi f’konformità mal-għadd ta’ vetturi elettriċi ħfief bil-batterija rreġistrati fit-territorju tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|