2. Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta jekk l-istandards applikabbli tal-kwalità tal-arja għadhomx xierqa biex jintlaħaq l-għan li jiġu evitati, ipprevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jekk jenħtieġx li jiġu koperti sustanzi niġġiesa tal-arja addizzjonali.
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, ir-rieżami għandu jivvaluta l-għażliet u l-iskedi ta’ żmien għall-allinjament tal-istandards tal-kwalità tal-arja mal-Linji Gwida l-iktar reċenti tal-WHO dwar il-Kwalità tal-Arja u mal-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata.
Ir-rieżami għandu jivvaluta wkoll id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk dwar il-posponiment tal-iskadenzi għall-kisba u dwar it-tniġġis transkonfini tal-arja, u barra minn hekk, għandu jivvaluta l-evidenza xjentifika l-iktar aġġornata, inkluż, fejn applikabbli, dwar sustanzi niġġiesa tal-arja mkejla fis-supersiti ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 10 iżda li bħalissa mhumiex inklużi fl-Anness I.
Għall-finijiet tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, dan li ġej:
|
(a)
|
l-informazzjoni xjentifika l-iktar reċenti minn korpi rilevanti tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali, bħad-WHO u l-Konvenzjoni tal-UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini f’Distanza Twila, u organizzazzjonijiet xjentifiċi rilevanti oħra;
|
|
(b)
|
bidliet fl-imġiba, politiki fiskali u żviluppi teknoloġiċi li għandhom impatt fuq il-kwalità tal-arja u l-valutazzjoni tagħha;
|
|
(c)
|
is-sitwazzjonijiet tal-kwalità tal-arja u l-impatti assoċjati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż l-effetti tal-ożonu fuq il-veġetazzjoni, fl-Istati Membri;
|
|
(d)
|
il-kostijiet diretti u indiretti tal-kura tas-saħħa u ambjentali assoċjati mat-tniġġis tal-arja;
|
|
(e)
|
l-impatti fuq in-natura u l-impatti soċjoekonomiċi ta’ azzjonijiet komplementari li għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu għanijiet ġodda kif ukoll analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta’ dawn l-azzjonijiet;
|
|
(f)
|
il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis nazzjonali u tal-Unjoni għas-sustanzi niġġiesa u fit-titjib tal-kwalità tal-arja;
|
|
(g)
|
il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sorsi fil-livell tal-Unjoni għas-setturi u l-attivitajiet li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, inkluż il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni;
|
|
(h)
|
l-informazzjoni rilevanti ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-finijiet tar-rieżami;
|
|
(i)
|
l-introduzzjoni minn Stati Membri individwali ta’ standards tal-kwalità tal-arja aktar iebsa f’konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE.
|