|
+Artikolu 18 4 |
Artikolu 18 44. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2029 meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), ikun applikabbli, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għall-posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2034 meta, fil-fehma tagħhom, il-kisba ma tkunx possibbli sa skadenza għall-kisba posposta f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, u għandhom jikkomunikaw il-pjan direzzjonali aġġornat dwar il-kwalità tal-arja msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-raġuni invokata għat-tieni u l-aħħar posponiment u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu humiex issodisfati. Fir-rigward tal-projezzjonijiet ipprovduti bħala raġuni għall-posponiment, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw il-metodi kif ukoll id-data użati biex jinkisbu dawk il-projezzjonijiet. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis il-projezzjonijiet tal-kwalità tal-arja pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, l-effetti stmati fuq il-kwalità tal-arja ambjentali f’dak l-Istat Membru tal-miżuri li jkunu ttieħdu minn dak l-Istat Membru kif ukoll l-effetti stmati tal-miżuri tal-Unjoni fuq il-kwalità tal-arja ambjentali. Meta l-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, il-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu ssodisfati. Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jaġġusta jew jipprovdi pjan direzzjonali ġdid dwar il-kwalità tal-arja biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|