+Artikolu 5 Pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Sal-31 ta' Diċembru 2033, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit pjan integrat għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għal żoni ta' skular ta' agglomerazzjonijiet ta' 100 000  e.p. u aktar.
Artikolu 5 2.

Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel aġġornament tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar magħmul skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE wara l-1 ta’ Jannar 2025 iżda mhux aktar tard mit-22 ta' Ġunju 2028, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' agglomerazzjonijiet ta' bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. fejn, meta titqies id-data storika, l-immudellar u l-projezzjonijiet klimatiċi l-aktar avvanzati, inkluż il-varjazzjonijiet staġonali, kif ukoll il-pressjonijiet antropoġeniċi u l-valutazzjoni tal-impatti mwettqa skont il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-tifwir tal-ilma tal-maltemp joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;

(b) 

it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta aktar minn 2 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban tal-parametri msemmija fit-Tabella 1 u, fejn ikun rilevanti, it-Tabella 2 tal-Anness I, ikkalkulat fuq il-fluss fit-temp niexef;

(c) 

it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jipprevjeni l-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

ir-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2020/2184;

(ii) 

ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2006/7/KE;

(iii) 

ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(iv) 

l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(v) 

ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/56/KE;

(vi) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(d) 

ġew identifikati punti rilevanti fi drenaġġ separati fejn l-ilma tax-xeba’ urban huwa mistenni li jkun imniġġes b’tali mod li l-iskariku tiegħu fl-ilmijiet riċeventi jista’ jitqies bħala riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew jipprevjeni t-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti jew objettivi ambjentali msemmija fil-punt (c).

L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sitt snin wara l-istabbiliment tagħha u jaġġornawha fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 5 3.
Sal-31 ta’ Diċembru 2039, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit pjan integrat għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għal żoni ta’ skular tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 5 4.
Il-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba.
Artikolu 5 5.
Il-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness V, u jagħtu prijorità lis-soluzzjonijiet tal-infrastruttura ħadra u blu kull fejn ikun possibbli.
Artikolu 5 6.

Il-Kummissjoni hija mogtħija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a) 

metodoloġiji għall-identifikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt 3 tal-Anness V;

(b) 

metodoloġiji għad-determinazzjoni ta' indikaturi alternattivi biex jiġi vverifikat jekk jintlaħaqx l-objettiv indikattiv tat-tnaqqis tat-tniġġis imsemmi fil-punt 2 (a) tal-Anness V;

(c) 

il-format li bih il-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni fejn mitlub f'konformità mal-paragrafu 4.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-2 ta’ Jannar 2028 f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 5 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban jiġu rieżaminati tal-anqas kull sitt snin wara l-istabbiliment tagħhom u jiġu aġġornati fejn meħtieġ. Wara aġġornament tal-lista msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti pjanijiet integrati għall-ġestjoni għall-agglomerazzjonijiet fi żmien sitt snin mill-inklużjoni tagħhom f'dik il-lista.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.