|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel aġġornament tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar magħmul skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE wara l-1 ta’ Jannar 2025 iżda mhux aktar tard mit-22 ta' Ġunju 2028, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' agglomerazzjonijiet ta' bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. fejn, meta titqies id-data storika, l-immudellar u l-projezzjonijiet klimatiċi l-aktar avvanzati, inkluż il-varjazzjonijiet staġonali, kif ukoll il-pressjonijiet antropoġeniċi u l-valutazzjoni tal-impatti mwettqa skont il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
it-tifwir tal-ilma tal-maltemp joħloq riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;
(b)
it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta aktar minn 2 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban tal-parametri msemmija fit-Tabella 1 u, fejn ikun rilevanti, it-Tabella 2 tal-Anness I, ikkalkulat fuq il-fluss fit-temp niexef;
(c)
it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jipprevjeni l-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
ir-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
(ii)
ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2006/7/KE;
(iii)
ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(iv)
l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;
(v)
ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/56/KE;
(vi)
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(d)
ġew identifikati punti rilevanti fi drenaġġ separati fejn l-ilma tax-xeba’ urban huwa mistenni li jkun imniġġes b’tali mod li l-iskariku tiegħu fl-ilmijiet riċeventi jista’ jitqies bħala riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew jipprevjeni t-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mir-rekwiżiti jew objettivi ambjentali msemmija fil-punt (c). L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sitt snin wara l-istabbiliment tagħha u jaġġornawha fejn ikun meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|