|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.Sal-31 ta’ Diċembru 2035, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitratta l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilimijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament sekondarju stipulati fil-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għal monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jintużaw metodi alternattivi kif imsemmi, il-Parti C, il-punt 1, tal-Anness I, l-għadd massimu permess ta' kampjuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-valuri parametriċi fil-Parti B, it-Tabella 1 tal-Anness I huwa stabbilit fil-Parti C u t-Tabella 4 tal-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':
(a)
8 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
f'inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew
(ii)
inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I;
(b)
10 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:
(i)
f'inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew
(ii)
inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I. Il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':
(a)
12-il sena meta fl-1 ta’ Jannar 2025,
(i)
f'inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew
(ii)
inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I;
(b)
14 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025
(i)
f'inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew
(ii)
inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I. Meta l-Istati Membri jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li l-ewwel programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 23 jinkludi:
(a)
l-għadd ta' agglomerazzjonijiet ta’ 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. li ma jkollhomx trattament sekondarju fl-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
pjan li jiddeskrivi l-investimenti meħtieġa biex dawk l-agglomerazzjonijiet jilħqu konformità sħiħa sal-iskadenzi estiżi; u
(c)
ir-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jiġġustifikaw l-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-tieni jew it-tielet subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati sal-31 ta’ Lulju 2028. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|