+Artikolu 6 Trattament sekondarju
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Trattament sekondarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p. u aktar jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilmijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament sekondarju stipulati fil-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għal monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riżultati stipulati fil-Parti C tal-Anness I. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jintużaw metodi alternattivi kif imsemmi fil-Parti C, il-punt 1, tal-Anness I, l-għadd massimu permess ta' kampjuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-valuri parametriċi tal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I huwa stabbilit fil-Parti C u t-Tabella 4 tal-Anness I.

Għal agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 10 000 e.p. li qed jiskarikaw fl-ilmijiet kostali kif definiti fid-Direttiva 2000/60/KE u li japplikaw trattament xieraq f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/271/KEE fl-1 ta’ Jannar 2025, l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika sal-31 ta’ Diċembru 2037.

Artikolu 6 2.
Għal agglomerazzjonijiet li jiskarikaw ilma mormi urban f'żoni inqas sensittivi kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/271/KEE fl-1 ta’ Jannar 2025, l-obbligi stipulati fil- paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2037.
Artikolu 6 3.
Sal-31 ta’ Diċembru 2035, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitratta l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilimijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament sekondarju stipulati fil-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għal monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jintużaw metodi alternattivi kif imsemmi, il-Parti C, il-punt 1, tal-Anness I, l-għadd massimu permess ta' kampjuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-valuri parametriċi fil-Parti B, it-Tabella 1 tal-Anness I huwa stabbilit fil-Parti C u t-Tabella 4 tal-Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':

(a) 

8 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:

(i) 

f'inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew

(ii) 

inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I;

(b) 

10 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025:

(i) 

f'inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew

(ii) 

inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I.

Il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perjodu massimu ta':

(a) 

12-il sena meta fl-1 ta’ Jannar 2025,

(i) 

f'inqas minn 50 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew

(ii) 

inqas minn 50 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I;

(b) 

14 snin meta fl-1 ta’ Jannar 2025

(i) 

f'inqas minn 25 % tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-iskariki ikunu soġġetti għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I; jew

(ii) 

inqas minn 25 % tat-tagħbija tal-ilma mormi urban tal-agglomerazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tkun soġġetta għal trattament sekondarju fit-territorju tagħhom, f'konformità mal-Parti B u t-Tabella 1 tal-Anness I.

Meta l-Istati Membri jidderogaw mill-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li l-ewwel programm ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 23 jinkludi:

(a) 

l-għadd ta' agglomerazzjonijiet ta’ 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. li ma jkollhomx trattament sekondarju fl-1 ta’ Jannar 2025;

(b) 

pjan li jiddeskrivi l-investimenti meħtieġa biex dawk l-agglomerazzjonijiet jilħqu konformità sħiħa sal-iskadenzi estiżi; u

(c) 

ir-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jiġġustifikaw l-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-tieni jew it-tielet subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati sal-31 ta’ Lulju 2028.

Artikolu 6 4.

L-iskariki tal-ilma mormi urban jistgħu jkunu soġġetti għal trattament inqas strett minn dak preskritt fil-paragrafi 1 u 3 sal-31 ta’ Diċembru 2045 meta jiġu skarikati fi:

(a) 

ilmijiet li jinsabu f'reġjuni muntanjużi għoljin, jiġifieri b’altitudni ‘l fuq minn 1 500  m, fejn huwa diffiċli li jiġi applikat trattament bijoloġiku effettiv minħabba temperaturi baxxi;

(b) 

ilmijiet tal-baħar fond meta tali skariki ta' ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 150 000 e.p. f'reġjuni ultraperiferiċi inqas popolati fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE li fihom it-topografija u l-ġeografija tat-territorju jagħmluha diffiċli li jiġi applikat trattament bijoloġiku effettiv; jew

(c) 

ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet żgħar ta' 1 000 e.p. u aktar iżda ta’ anqas minn 2 000 e.p. li jinsabu f'reġjuni bi klima kiesħa fejn huwa diffiċli li jiġi applikat trattament bijoloġiku effettiv minħabba temperaturi baxxi jekk it-temperatura medja trimestrali tal-ilma tad-dħul tkun inqas minn 6 oC.

Il-kundizzjonijiet biex jiġi applikat l-ewwel subparagrafu huma li l-Istati Membri kkonċernati jipprovdu lill-Kummissjoni studji dettaljati li juru li dawk l-iskariki ma jaffettwawx l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem b'mod negattiv u ma jipprevjenux lill-ilmijiet riċeventi milli jissodisfaw l-objettivi rilevanti tal-kwalità u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' liġi oħra rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 6 5.
It-tagħbija espressa f'termini ta' e.p. għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tat-tagħbija massima medja ta' ġimgħa li tidħol fl-impjant ta' trattament tal-ilma mormi urban matul is-sena, eskluż sitwazzjonijiet mhux tas-soltu tat-temp bħal dawk ikkawżati minn xita qawwija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.