|
+Artikolu 8 2. |
Artikolu 8 2.Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom ikunu stabbilixxew lista ta' żoni fit-territorju nazzjonali tagħhom fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta' mikrosustanzi niġġiesa minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban tirrappreżenta riskju għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dik il-lista fl-2033, u minn hemm 'il quddiem kull sitt snin u jaġġornawha jekk ikun meħtieġ. Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi ż-żoni li ġejjin:
(a)
baċini idrografiċi għal punti tal-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif karatterizzati skont l-Artikolu 8(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 ħlief jekk il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 8(2), il-punt (b), ta' dik id-Direttiva tindika li l-iskariku ta' sustanzi niġġiesa minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ma joħloqx riskju potenzjali li jista' jikkawża deterjorament tal-kwalità tal-ilma tant li jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem;
(b)
ilma għall-għawm li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/7/KE ħlief jekk il-profil tal-ilma għall-għawm imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Anness III ta' dik id-Direttiva jindika li l-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi urban la jaffettwa l-ilmijiet għall-għawm u lanqas jagħmel ħsara lis-saħħa tal-għawwiema;
(c)
żoni fejn iseħħu attivitajiet tal-akkwakultura, kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ikunu ssodisfati li l-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi urban ma jistax jaffettwa s-sikurezza tal-oġġett tal-ikel fil-forma lesta tiegħu. Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll iż-żoni li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem maħluqa mill-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban:
(a)
lagi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(b)
xmajjar kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2000/60/KE jew nixxigħat oħra tal-ilma fejn il-proporzjon tad-dilwizzjoni jkun inqas minn 10;
(c)
żoni fejn huwa meħtieġ trattament addizzjonali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi 2000/60/KE, 2006/118/KE u 2008/105/KE;
(d)
żoni speċjali ta' konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (l), tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 7 ) u żoni ta' protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4(1), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) li jagħmlu parti min-network ekoloġiku ta' Natura 2000;
(e)
ilmijiet tal-kosta kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(f)
ilmijiet temporanji kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(g)
ilmijiet marini kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/56/KE. Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fuq talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|