+Artikolu 8 Trattament kwaternarju
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
|
Artikolu 8 Trattament kwaternarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw ilma mormi urban b’tagħbija ta' 150 000 e.p. u aktar jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilmijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti għal trattament kwaternarju ta' ilma mormi urban stipulati fil-Parti B u t-Tabella 3 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2033 għal skariki minn 20 % ta' dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għal skariki minn 60 % ta' dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għall-iskariki kollha minn dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban.
L-għadd massimu permess ta' kampjuni li ma jikkonformawx mal-valuri parametriċi tat-Tabella 3 tal-Anness I huwa stabbilit fil-Parti C u t-Tabella 4 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom ikunu stabbilixxew lista ta' żoni fit-territorju nazzjonali tagħhom fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta' mikrosustanzi niġġiesa minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban tirrappreżenta riskju għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dik il-lista fl-2033, u minn hemm 'il quddiem kull sitt snin u jaġġornawha jekk ikun meħtieġ. Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi ż-żoni li ġejjin:
(a)
baċini idrografiċi għal punti tal-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif karatterizzati skont l-Artikolu 8(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 ħlief jekk il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 8(2), il-punt (b), ta' dik id-Direttiva tindika li l-iskariku ta' sustanzi niġġiesa minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ma joħloqx riskju potenzjali li jista' jikkawża deterjorament tal-kwalità tal-ilma tant li jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem;
(b)
ilma għall-għawm li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/7/KE ħlief jekk il-profil tal-ilma għall-għawm imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Anness III ta' dik id-Direttiva jindika li l-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi urban la jaffettwa l-ilmijiet għall-għawm u lanqas jagħmel ħsara lis-saħħa tal-għawwiema;
(c)
żoni fejn iseħħu attivitajiet tal-akkwakultura, kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ikunu ssodisfati li l-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa mill-ilma mormi urban ma jistax jaffettwa s-sikurezza tal-oġġett tal-ikel fil-forma lesta tiegħu.
Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll iż-żoni li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem maħluqa mill-iskariku ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban:
(a)
lagi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(b)
xmajjar kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2000/60/KE jew nixxigħat oħra tal-ilma fejn il-proporzjon tad-dilwizzjoni jkun inqas minn 10;
(c)
żoni fejn huwa meħtieġ trattament addizzjonali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi 2000/60/KE, 2006/118/KE u 2008/105/KE;
(d)
żoni speċjali ta' konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (l), tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (
7
) u żoni ta' protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4(1), ir-raba' subparagrafu, tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) li jagħmlu parti min-network ekoloġiku ta' Natura 2000;
(e)
ilmijiet tal-kosta kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(f)
ilmijiet temporanji kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2000/60/KE;
(g)
ilmijiet marini kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/56/KE.
Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fuq talba.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, u l-metodu li għandu jintuża għal dik il-valutazzjoni tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 8 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’żoni inklu’i fil-lista msemmija fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament kwaternarju stipulat fil-Parti B u t-Tabella 3 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2033 għal 10 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2036 għal 30 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għal 60 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għal 100 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet.
L-għadd massimu permess ta' kampjuni li ma jikkonformawx mal-valuri parametriċi tat-Tabella 3 tal-Anness I huwa stabbilit fil-Parti C u t-Tabella 4 tal-Anness I. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 biex temenda l-Parti C tal-Anness I sabiex tadatta l-metodi tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati fir-rigward tat-trattament kwaternarju għall-progress xjentifiku u teknoloġiku.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta’ ilma mormi urban minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jinsabu f'żona inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 2, wara wieħed mill-aġġornamenti regolari ta’ dik il-lista meħtieġa minn dak il-paragrafu, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 u fil-Parti B u t-Tabella 3 tal-Anness I fi żmien seba' snin mill-inklużjoni f'dik il-lista, iżda mhux aktar tard mill-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodi ta' monitoraġġ u kampjunar li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiddeterminaw il-preżenza u l-kwantitajiet fl-ilma mormi urban tal-indikaturi stipulati fit-Tabella 3 tal-Anness I. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 8 7.
|
Meta l-għadd ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jeħtieġu jiġu aġġornati biex jissodisfaw l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), fil-livell nazzjonali ma jkunx numru sħiħ, l-għadd ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għandu jiġi aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. Fil-każ ta' ekwidistanza bejn żewġ numri sħaħ, in-numru għandu jiġi aġġustat 'l isfel.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, biex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi urban ittrattat ikun sikur għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, l-ilma mormi urban li jerġa' jintuża jew ikun ippjanat li jerġa' jintuża, jiġi ttratat f'konformità mar-rekwiżiti għat-trattament kwaternarju stipulati fil-Parti B u t-Tabella 3 tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżitu tal-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2020/741 jitqies meta l-ilma mormi urban ittratat jerġa’ jintuża għal finijiet agrikoli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|