+Artikolu 9 Responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 Responsabbiltà estiża tal-produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-produtturi li jintroduċu fis-suq kwalunkwe wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness III jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri għandhom jiżguraw li dawk il-produtturi jkopru:

(a) 

mill-inqas 80 % tal-kostijiet sħaħ għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8, inkluż il-kostijiet tal-investiment u dawk operazzjonali għat-trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban biex jitneħħew il-mikrosustanzi niġġiesa li jirriżultaw mill-prodotti li jintroduċu fis-suq u mir-residwi ta’ dawk il-prodotti, u għall-monitoraġġ tal-mikrosustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a);

(b) 

il-kostijiet għall-ġbir u l-verifika tad-data dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq; u

(c) 

kostijiet oħra meħtieġa biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Artikolu 9 2.

L-Istati Membri għandhom jeżentaw lill-produtturi mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom skont il-paragrafu 1 meta l-produtturi jkunu jistgħu juru kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kwantità tas-sustanzi li jinsabu fil-prodotti li jintroduċu fis-suq tal-Unjoni tkun inqas minn tunnellata waħda fis-sena;

(b) 

is-sustanzi li jinsabu fil-prodotti li jintroduċu fis-suq huma rapidament bijodegradabbli fl-ilma mormi jew ma jiġġenerawx mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi fi tmiem ħajjithom.

Artikolu 9 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom kollettivament permezz ta' organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 10.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

dawk il-produtturi huma meħtieġa li jipprovdu lill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi darba fis-sena b'dan li ġej:

(i) 

il-kwantitajiet annwali tas-sustanzi li jinsabu fi prodotti elenkati fl-Anness III li jintroduċu fis-suq fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom;

(ii) 

informazzjoni dwar il-periklu tas-sustanzi li jinsabu fi prodotti msemmija fil-punt (i) fl-ilma mormi urban u dwar il-bijodegradabbiltà tagħhom fi tmiem ħajjithom;

(iii) 

meta jkun rilevanti, lista ta' prodotti eżentati f'konformità mal-paragrafu 2;

(b) 

dawk il-produtturi għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi sabiex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom;

(c) 

il-kontribuzzjoni ta' kull produttur, kif imsemmija fil-punt (b), tiġi ddeterminata abbażi tal-kwantitajiet u l-periklu fl-ilma mormi urban tas-sustanzi li jinsabu fil-prodotti li jiġu introdotti fis-suq;

(d) 

l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma soġġetti għal awditi annwali indipendenti tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom, inkluż il-kapaċità tagħhom li jkopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kwalità u l-adegwatezza tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (a) u l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet miġbura skont il-punt (b);

(e) 

jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart, is-sistemi ta' teħid lura u ġbir, u l-impatt ta' mezzi mhux xierqa tar-rimi tal-iskart tal-prodotti elenkati fl-Anness III, kif ukoll l-użu ħażin jew żejjed tagħhom, fuq il-ġbir, it-trattament u l-iskariku tal-ilma mormi urban.

Artikolu 9 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti kollha involuti, inklużi l-produtturi msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u l-awtoritajiet kompetenti lokali, ikunu definiti b'mod ċar;

(b) 

jiġu stabbiliti objettivi għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti u mal-iskadenzi stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), (4) u (5) u ma' kwalunkwe objettiv kwantitattiv jew kwalitattiv ieħor li jitqies rilevanti għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur;

(c) 

hemm fis-seħħ sistema ta' rapportar biex tinġabar data dwar il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq mill-produtturi u data dwar it-trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban, kif ukoll data oħra rilevanti għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw u jiskambjaw id-data meħtieġa ma' awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra regolarment sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10.

Artikolu 9 5.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (b), għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti u l-bijodegradabbiltà jew il-periklu tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.