|
+Artikolu 9 4. |
Artikolu 9 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti kollha involuti, inklużi l-produtturi msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u l-awtoritajiet kompetenti lokali, ikunu definiti b'mod ċar;
(b)
jiġu stabbiliti objettivi għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti u mal-iskadenzi stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), (4) u (5) u ma' kwalunkwe objettiv kwantitattiv jew kwalitattiv ieħor li jitqies rilevanti għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur;
(c)
hemm fis-seħħ sistema ta' rapportar biex tinġabar data dwar il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq mill-produtturi u data dwar it-trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban, kif ukoll data oħra rilevanti għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw u jiskambjaw id-data meħtieġa ma' awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra regolarment sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|