|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki ta' ilma mormi mhux domestiku f'sistemi tal-ġbir u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ikunu soġġetti għal regolamenti minn qabel jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi, jew it-tnejn, mill-awtorità kompetenti jew minn korp xieraq. Fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet speċifiċi għal skariki f'sistemi tal-ġbir u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:
(a)
tikkonsulta u tinforma lill-operaturi ta’ sistemi tal-ġbir u ta’ impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li fihom jiġi skarikat l-ilma mormi mhux domestiku qabel ma tagħti dawk l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi;
(b)
fuq talba, tħalli lill-operaturi tas-sistemi tal-ġbir u tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jirċievu skariki ta’ ilma mormi mhux domestiku jikkonsultaw dawk l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi fil-baċini idrografiċi tagħhom, preferibbilment qabel ma dawk jingħataw. Fil-każ ta’ regolamenti minn qabel għal skariki f'sistemi tal-ġbir u f'impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tal-ġbir u tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li fihom jiġi skarikat l-ilma mormi mhux domestiku jiġu kkonsultati qabel ma jiġu adottati dawk ir-regolamenti minn qabel. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|