|
+Artikolu 15 4. |
Artikolu 15 4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jadattaw l-infrastruttura tagħhom tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi urban biex jindirizzaw żieda fit-tagħbijiet tal-ilma mormi domestiku, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-bini ta' infrastruttura ġdida. Meta jieħdu miżuri kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jitqiesu konformi mal-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-bini jew l-espansjoni ta' impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban għat-trattament ta' tagħbijiet akbar ta' ilma mormi domestiku jew ta' tagħbijiet ta' ilma mormi domestiku mhux trattat tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel f'konformità ma' din id-Direttiva;
(b)
il-benefiċċji tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban fil-punt (a) ma jistgħux jinkisbu b'mezzi oħra minħabba raġunijiet ta' fattibbiltà teknika jew ta' kost sproporzjonat, inkluż il-kunsiderazzjoni ta' punti alternattivi ta' skariku ta' impjanti tal-ilma mormi urban, li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE;
(c)
il-miżuri ta' mitigazzjoni teknikament fattibbli kollha biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban fuq il-korpi tal-ilma affettwati huma meħuda u huma stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet speċifiċi imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva u dan l-Artikolu; dawk il-miżuri għandhom jinkludu, fejn ikun meħtieġ, rekwiżiti ta' trattament aktar stretti minn dawk applikati qabel iż-żieda fit-tagħbija tal-ilma mormi domestiku, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttivi msemmija fil-Parti B, il-punt 6, tal-Anness I ta' din id-Direttiva;
(d)
il-miżuri kollha ta' mitigazzjoni teknikament fattibbli jiġu implimentati biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta' attivitajiet oħra li jikkawżaw pressjonijiet simili fl-istess korpi tal-ilma. Jekk in-nuqqas li jiġi evitat deterjorament jew in-nuqqas li jinkisbu l-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE f'korp ta' ilma tal-wiċċ ikun ir-riżultat ta' awtorizzazzjoni minn qabel fil-punt (a), dik l-awtorizzazzjoni a għandha tiġi speċifikament imniżżla fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jiġu spjegati fihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|