|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.Sal-31 ta' Diċembru 2027, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji li l-iskariki tal-ilma mormi urban jikkawżaw lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, b'kunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet staġonali u ta' avvenimenti straordinarji, u mill-inqas ir-riskji relatati ma' dawn li ġejjin:
(a)
il-kwalità ta' korp tal-ilma użat għall-estrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184;
(b)
il-kwalità tal-ilma għall-għawm li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/7/KE;
(c)
il-kwalità ta' korp tal-ilma fejn isiru attivitajiet tal-akkwakultura kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
(d)
l-istat tal-korp ta' ilma ta' taħt l-art riċeventi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 19, tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll l-objettivi ambjentali l-oħra kollha kif imniżżla fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għall-korp ta' ilma ta' taħt l-art riċeventi;
(e)
l-istat tal-ambjent tal-baħar kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE;
(f)
l-istat tal-korp ta' ilma tal-wiċċ riċeventi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 17, tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll l-objettivi ambjentali l-oħra kollha kif imniżżla fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għall-korp ta' ilma tal-wiċċ riċeventi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|