+Artikolu 21 3.

Artikolu 21 3.

Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 10 000  e.p. u aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jimmonitorjaw, fid-dħul u fl-iżbokk tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet tal-elementi li ġejjin fl-ilma mormi urban:

(a) 

sustanzi niġġiesa li x'aktarx jinstabu fl-ilma mormi urban elenkati fi:

(i) 

fl-Annessi VIII u X tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE u l-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE;

(ii) 

l-Anness tad-Deċiżjoni 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(iii) 

l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006;

(iv) 

l-Annessi I u II tad-Direttiva 86/278/KEE;

(b) 

il-parametri elenkati fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2020/2184, fejn l-ilma mormi urban jiġi skarikat f'baċin idrografiku msemmi fl-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva; li taħtu, għal Sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw parametru wieħed jew iż-żewġ parametri “PFAS Total” u “Somma tal-PFAS” meta tkun disponibbli metodoloġija f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5;

(c) 

il-parametri elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/7/KE fejn ikun hemm skariki diretti minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban fl-ilma għall-għawm matul l-istaġun tal-għawm li jistgħu jipprevjenu l-konformità mad-Direttiva 2006/7/KE;

(d) 

il-preżenza ta’ mikroplastiċi.

Is-sustanzi niġġiesa u l-parametri elenkati msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu esklużi mill-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu dment li jkun jista' jintwera, fost l-oħrajn abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ, li ma jkunux preżenti fl-ilma mormi urban.

Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' aktar minn 10 000  e.p., l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jimmonitorjaw il-preżenza ta' mikroplastiċi fil-ħama meta jkun rilevanti u, b'mod partikolari, meta jintuża mill-ġdid fl-agrikoltura.

Il-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jitwettaq bil-frekwenzi li ġejjin:

(a) 

mill-inqas żewġ kampjuni fis-sena, b'massimu ta' sitt xhur bejn il-kampjuni, għal agglomerazzjonijiet ta' 150 000  e.p. u aktar;

(b) 

mill-inqas kampjun kull sentejn għal agglomerazzjonijiet ta' bejn 10 000  e.p. u 150 000  e.p.

Dawk il-frekwenzi tal-monitoraġġ jistgħu jitnaqqsu bin-nofs fis-snin ta’ wara jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ għas-sustanzi niġġiesa msemmija f’dan il-paragrafu jkunu aktar baxxi mill-istandards tal-kwalità ambjentali applikabbli skont id-Direttiva 2008/105/KE fi tliet kampjuni suċċessivi. Il-frekwenzi tal-monitoraġġ għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas kull sena.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.