+Artikolu 32 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
|
Artikolu 32 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Id-Direttiva 91/271/KEE, kif emendata bl-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII ta' din id-Direttiva, hija mħassra b'effett mill-1 ta’ Awwissu 2027 mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VII ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Fir-rigward tal-Mayotte, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mill-31 ta' Diċembru 2030 u l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(3) ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2040. L-Artikolu 3(1a), l-ewwel inċiż, u l-Artikolu 4(1a), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 91/271/KEE għandhom ikomplu japplikaw sat-30 ta' Diċembru 2030.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Għall-iskariki tal-ilma mormi urban trattati minn impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw tagħbija ta’ 150 000 e.p. u aktar, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE għandu jkompli japplika:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2033 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2036 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2033;
(c)
sal-31 ta’ Diċembru 2039 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2036.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, għall-iskariki tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar, għandu jkompli japplika l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2033 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2036 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2033;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2036;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2039;
(e)
sal-31 ta' Diċembru 2053 għall-agglomerazzjonijiet li għalihom tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/271/KEE għandu jkompli japplika sat-30 ta’ Diċembru 2037 għall-agglomerazzjonijiet ta’ bejn 2 000 e.p. u 10 000 e.p. li jiskarikaw fl-ilmijiet kostali u japplikaw trattament xieraq f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva SAL-1 TA’ Jannar 2025.
|
|
Artikolu 32 5.
|
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/271/KEE għandu jkompli japplika sat-30 ta’ Diċembru 2037 għall-agglomerazzjonijiet li jiskarikaw għal ġo żoni anqas sensittivi u li japplikaw trattament anqas strett f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva fl-1 ta’ Jannar 2025.
|
|
Artikolu 32 6.
|
L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 91/271/KEE għandu japplika għall-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2028.
|
|
Artikolu 32 7.
|
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/271/KEE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/431/UE (
13
) għandhom japplikaw għall-Istati Membri sal-1 ta’ Jannar 2028.
|
|
Artikolu 32 8.
|
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VIII.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|