|
+Artikolu 32 3. |
Artikolu 32 3.Għall-iskariki tal-ilma mormi urban trattati minn impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw tagħbija ta’ 150 000 e.p. u aktar, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE għandu jkompli japplika:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2033 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2036 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2033;
(c)
sal-31 ta’ Diċembru 2039 għall-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi urban li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2036. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, għall-iskariki tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar, għandu jkompli japplika l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2033 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2036 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2033;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2036;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għall-agglomerazzjonijiet li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2039;
(e)
sal-31 ta' Diċembru 2053 għall-agglomerazzjonijiet li għalihom tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|