|
+ANNESS II ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI |
ANNESS II ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI
ANNESS II ŻONI SENSITTIVI GĦALL-EWTROFIKAZZJONI 1. Żoni li jinsabu fil-baċini idrografiċi tal-Baħar Baltiku, il-Baħar l-Iswed, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Adrijatiku identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni skont id-Direttiva 2008/56/KE jew 2000/60/KE; 2. Għadajjar naturali b'ilma ħelu, masses oħra ta' ilma ħelu, ilmijiet estwarji u kostali li jinsabu li huma ewtrofiċi jew li fil-futur qrib jistgħu jsiru ewtrofiċi jekk ma tittieħed ebda azzjoni protettiva. Fil-kunsiderazzjoni ta' liema nutrijent għandu jitnaqqas permezz ta' trattament ulterjuri għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(a)
għadajjar u nixxigħat li jilħqu għadajjar/ġibjuni/bajjiet magħluqa li jkollhom skambju fqir ta' ilma, fejn jista' jkun hemm akkumulazzjoni. F'dawk iż-żoni, it-tneħħija tal-fosforu għandha tiġi inkluża sakemm ma jistax jintwera li t-tneħħija ma jkollha ebda effett fuq il-livell ta' ewtrofikazzjoni. Fejn isiru skariki minn agglomerazzjonijiet kbar, it-tneħħija tan-nitroġenu tista' tkun ikkunsidrata wkoll;
(b)
estwarji, bajjiet u ilmijiet kostali oħra li jkollhom skambju fqir ta' ilma, jew li jirċievu kwantitajiet kbar ta' nutrijenti. Skariki minn agglomerazzjonijiet żgħar f'dawk iż-żoni normalment ikunu ta' importanza minima, iżda għal agglomerazzjonijiet kbar, it-tneħħija tal-fosforu jew tan-nitroġenu, jew it-tnejn, għandha tkun inkluża ħlief jekk jista' jintwera li t-tneħħija ma jkollha ebda effett fuq il-livell ta' ewtrofikazzjoni. 3. Ilma ħelu tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb li jrid jkun fih aktar mill-konċentrazzjoni ta' nitrat stipulata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2020/2184 jekk ma tittieħed ebda azzjoni protettiva. 4. Żoni fejn trattament ulterjuri minn dak preskritt fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva jkun meħtieġ biex ikun hemm konformità ma' atti oħra tal-Unjoni fil-qasam ambjentali, inkluż b'mod partikolari korpi tal-ilma koperti mid-Direttiva 2000/60/KE li huma f'riskju li ma jżommux jew li ma jiksbux stat jew potenzjal ekoloġiku tajjeb. 5. Kwalunkwe żona oħra misjuba mill-Istati Membri li hija sensittiva għall-ewtrofikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|