|
+ANNESS V KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR |
ANNESS V KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR
ANNESS V KONTENUT TAL-PJANIJIET INTEGRATI TA' MMANIĠĠJAR TAL-BAĊINI TAX-XMAJJAR 1. Analiżi tas-sitwazzjoni inizjali taż-żona ta' skular tal-agglomerazzjoni kkonċernata, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni dettaljata tan-network tas-sistemi tal-ġbir, tal-kapaċitajiet tal-ħżin u tal-konduzzjoni tal-ilma mormi urban u tal-ilma tax-xeba' urban ta' dak in-network u l-kapaċitajiet eżistenti tat-trattament tal-ilma mormi urban f'każ ta' xita;
(b)
għal kanali tad-drenaġġ ikkombinati, analiżi dinamika tal-flussi tal-ilma mormi urban fil-każ ta' xita, ibbażata fuq data tal-monitoraġġ jew l-użu ta' mudelli idroloġiċi, idrawliċi u tal-kwalità tal-ilma li jqisu l-aktar projezzjonijiet klimatiċi avvanzati u li jinkludu stima tat-tagħbijiet tat-tniġġis tal-parametri msemmija fit-Tabella 1 u, fejn ikun rilevanti, fit-Tabella 2 tal-Anness I kif ukoll tal-mikroplastiċi u tas-sustanzi niġġiesa rilevanti rilaxxati fl-ilmijiet riċeventi f'każ ta' xita;
(c)
għal kanali tad-drenaġġ separati, deskrizzjoni dettaljata tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ f'punti rilevanti tas-sistemi separati fejn l-iskariki tal-ilma tax-xaba' urban mistennija jkunu mniġġsa kif identifikat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (d), biex jiġu identifikati l-miżuri rilevanti u fattibbli kif meħtieġ fil-punt 3 ta' dan l-Anness. 2. Objettivi għat-tnaqqis tat-tniġġis mit-tifwir tal-ilma tal-maltemp, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
objettiv indikattiv mhux vinkolanti li t-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta perċentwal żgħir li ma jistax ikun aktar minn 2 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban ikkalkulata f'kundizzjonijiet ta' temp xott; dan l-objettiv indikattiv mhux vinkolanti għandu jintlaħaq billi:
(i)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 100 000 e.p. u aktar;
(ii)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għall-agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar imsemmija fl-Artikolu 5;
(b)
it-tnaqqis progressiv tal-makroplastiċi. 3. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt 2 f'konformità mal-iskadenzi mniżżla f’dak il-punt akkumpanjati minn skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri u distinzjoni bejn il-miżuri diġà fis-seħħ u dawk li għandhom jittieħdu. Għandu jkun fih ukoll identifikazzjoni ċara tal-atturi involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan integrat tal-ġestjoni tal-ilma mormi urban. 4. Meta jkunu qed jivvalutaw liema miżuri għandhom jittieħdu skont il-punt 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iqisu mill-inqas dan li ġej:
(a)
miżuri preventivi li għandhom l-għan li jevitaw id-dħul ta' ilma tax-xita mhux imniġġes fis-sistemi tal-ġbir, inkluż miżuri li jippromwovu ż-żamma tal-ilma naturali jew il-ġbir tal-ilma tax-xita, u miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-ispazji ħodor u blu f'żoni urbani sabiex jitnaqqas it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jew jiġu limitati l-uċuħ impermeabbli fl-agglomerazzjonijiet;
(b)
miżuri biex jiġi ġestit u ottimizzat aħjar l-użu tal-infrastruttura eżistenti inkluż is-sistemi tal-ġbir, il-volumi tal-ħżin u l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban bl-għan li jiġi żgurat li jiġu minimizzati r-rilaxxi ta' ilma mormi urban mhux ittrattat jew ta' ilma tax-xeba' urban imniġġes fl-ilmijiet riċeventi;
(c)
fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-punt 2, miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali inkluż l-adattament tal-infrastruttura għall-ġbir, il-ħżin u t-trattament tal-ilma mormi urban, bħall-konnessjoni ta' żoni urbani mibnija ġodda ma' kanali tad-drenaġġ separati, fejn rilevanti, jew il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida bi prijorità mogħtija lil infrastruttura ħadra u blu bħal fosos veġetati, artijiet mistagħdra għat-trattament u għadajjar għall-ħżin imfassla biex jappoġġjaw il-bijodiversità. Fejn rilevanti, l-użu mill-ġdid tal-ilma għandu jitqies fil-kuntest tal-iżvilupp tal-pjanijiet integrati għall-immaniġġjar tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 5. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|