+Artikolu 7 Aġenti ta’ proċess
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4

Artikolu 7 Aġenti ta’ proċess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess fil-proċessi msemmijin fl-Anness III. Dawk is-sustanzi għandhom jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7 2

2.   Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess f’installazzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Settembru 1997, dment li l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn dawk l-installazzjonijiet ma jkunux sinifikanti, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 3.

Artikolu 7 3

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ impriżi li għalihom huwa permess l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, bħala aġenti ta’ proċess fil-proċessi msemmijin fl-Anness III fl-installazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu l-kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-kompożizzjoni jew għall-konsum bħala aġenti ta’ proċess u l-livelli massimi ta’ emissjonijiet għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 7 4

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness III fejn ikun neċessarju minħabba żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.