3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ impriżi li għalihom huwa permess l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, bħala aġenti ta’ proċess fil-proċessi msemmijin fl-Anness III fl-installazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu l-kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-kompożizzjoni jew għall-konsum bħala aġenti ta’ proċess u l-livelli massimi ta’ emissjonijiet għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).