3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V fejn alternattivi jew teknoloġija teknikament u ekonomikament fattibbli ma jkunux disponibbli għall-użi kritiċi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fih jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-effett tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni, stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jew skont il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti.