3. Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien tal-bini u l-kuntratturi għandhom jiżguraw li, matul l-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ fowms f’bordijiet laminati installati f’kavitajiet jew fi strutturi mibnijin li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tas-sustanzi li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk is-sustanzi. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk is-sustanzi, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.
Meta t-tneħħija tal-fowms imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx teknikament fattibbli, is-sid jew il-kuntrattur tal-bini għandu jfassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza dwar l-infattibbiltà tat-tneħħija fil-każ speċifiku. Tali dokumentazzjoni għandha tinżamm għal 5 snin u għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.