6. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u prodotti u tagħmir li fihom tali sustanzi, għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tkun ġiet approvata mill-Partijiet għall-Protokoll.
Sustanzi oħrajn li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom it-teknoloġija ta’ qerda ma tkunux ġiet approvata għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-iskart u meta rekwiżiti addizzjonali skont tali leġiżlazzjoni jkunu ssodisfati.