+Artikolu 4 1

Artikolu 4 1

1.   Entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu disponibbli għal kwalunkwe entità jew korp tas-settur pubbliku oħra tal-Unjoni li jitolbuha soluzzjoni ta’ interoperabbiltà li tappoġġa servizz pubbliku diġitali trans-Ewropew, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, u fejn applikabbli, l-istorja tal-verżjoni, il-kodiċi tas-sors dokumentat u r-referenzi għal standards miftuħa jew speċifikazzjonijiet tekniċi użati.

L-obbligu ta’ kondiviżjoni ma għandu japplika għall-ebda waħda mis-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà li ġejjin, jiġifieri dawk:

(a)

li jappoġġaw proċessi li jaqgħu barra mill-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-entità tal-Unjoni jew tal-korp tas-settur pubbliku kkonċernati kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħrajn, jew, fin-nuqqas ta’ tali regoli, kif definit f’konformità mal-prattika amministrattiva komuni fl-entitajiet tal-Unjoni jew fl-Istat Membru inkwistjoni, dment li l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami;

(b)

li għalihom partijiet terzi għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirrestrinġu l-possibbiltà tat-tqassim tas-soluzzjoni għall-użu mill-ġdid;

(c)

li l-aċċess għalihom ikun eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta’:

(i)

informazzjoni kritika sensittiva relatata mal-protezzjoni tal-infrastruttura kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (18);

(ii)

il-protezzjoni tal-interessi tad-difiża, jew tas-sigurtà pubblika, inkluż l-infrastruttura kritika nazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.