1. L-entitajiet tal-Unjoni jew il-korpi tas-settur pubbliku parteċipanti għandhom jiżguraw li, sa fejn l-operazzjoni tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja tal-interoperabbiltà tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella taqa’ taħt il-kompetenza superviżorja ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali oħrajn li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali l-oħrajn li huma assoċjati mal-operat tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorji tal-interoperabbiltà. Kif xieraq, il-parteċipanti jistgħu jippermettu l-involviment fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà ta’ atturi oħrajn tal-GovTech bħal organizzazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej tal-istandardizzazzjoni, korpi notifikati, laboratorji ta’ riċerka u ta’ esperimentazzjoni, ċentri ta’ innovazzjoni, u kumpaniji li jixtiequ jittestjaw soluzzjonijiet innovattivi ta’ interoperabbiltà, b’mod partikolari SMEs u negozji ġodda.