+Artikolu 12 3
|
Artikolu 12 3
3. Il-parteċipazzjoni fl-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorji tal-interoperabbiltà għandha tkun ibbażata fuq pjan speċifiku elaborat mill-parteċipanti u filwaqt li jitqies, kif applikabbli, il-parir ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-pjan għandu jkun fih tal-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
deskrizzjoni tal-parteċipanti involuti u r-rwoli tagħhom, is-soluzzjoni innovattiva ta’ interoperabbiltà prevista u l-iskop maħsub tagħha, u l-proċess rilevanti ta’ żvilupp, ittestjar u validazzjoni;
|
|
(b)
|
il-kwistjonijiet regolatorji speċifiċi involuti u l-gwida li hija mistennija mill-awtoritajiet li jwettqu s-superviżjoni tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà;
|
|
(c)
|
l-arranġamenti speċifiċi għal kollaborazzjoni bejn il-parteċipanti u l-awtoritajiet, kif ukoll kwalunkwe attur ieħor involut fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà;
|
|
(d)
|
mekkaniżmu ta’ ġestjoni u monitoraġġ tar-riskju sabiex jiġi identifikat, evitat u mmitigat kwalunkwe riskju;
|
|
(e)
|
l-istadji importanti ewlenin li jridu jitlestew mill-parteċipanti biex is-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà titqies lesta biex titqiegħed fis-servizz;
|
|
(f)
|
rekwiżiti ta’ evalwazzjoni u rapportar u segwitu possibbli;
|
|
(g)
|
meta jkun strettament meħtieġ u proporzjonat li tiġi pproċessata data personali, ir-raġunijiet għal tali pproċessar, indikazzjoni tal-kategoriji tad-data personali kkonċernata, l-iskopijiet tal-ipproċessar li għalih tkun maħsuba d-data personali, il-kontrolluri u l-proċessuri involuti fl-ipproċessar u r-rwol tagħhom.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|