8. Il-parteċipanti għandhom jissottomettu rapporti perjodiċi u rapport finali lill-Bord u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati mill-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorji tal-interoperabbiltà, inkluż prattiki tajbin, it-tagħlimiet meħuda, miżuri ta’ sikurezza rakkomandazzjonijiet dwar l-operazzjoni tagħhom u, fejn rilevanti, dwar l-iżvilupp ta’ dan ir-Regolament u ta’ liġi oħra tal-Unjoni taħt superviżjoni fi ħdan l-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà. Il-Bord għandu joħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, li tispeċifika, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati soluzzjonijiet ġodda tal-interoperabbiltà sabiex tiġi promossa l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej.