+Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“unità” tfisser akkomodazzjoni bl-għamara li tinsab fl-Unjoni li hija s-suġġett tal-forniment ta’ servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir; ma tinkludix dawn li ġejjin:

(a) 

lukandi u akkomodazzjoni simili, inkluż lukandi resorts, lukandi suites jew tal-appartamenti, kif ukoll motels kif deskritti fin-NACE Rev. 2, grupp 55.1 (“lukandi u akkomodazzjoni simili”) u hostels kif deskritti fin-NACE Rev. 2, grupp 55.2 (“akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra”) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(b) 

il-forniment ta’ akkomodazzjoni f’postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal trejlers, kif deskritt fin-NACE Rev. 2, grupp 55.3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

(2) 

“ospitant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fuq bażi professjonali, mhux professjonali, regolari jew temporanja, tipprovdi jew tkun biħsiebha tipprovdi, servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir b’remunerazzjoni permezz ta’ pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir;

(3) 

“klijent” tfisser persuna fiżika li tkun ospitata f’unità;

(4) 

“servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir” tfisser il-kiri ta’ unità għal żmien qasir, ipprovdut b’remunerazzjoni, kemm fuq bażi professjonali, mhux professjonali, regolari jew temporanja, kif iddefinit ulterjorment mil-liġi nazzjonali;

(5) 

“pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir” tfisser pjattaforma online skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2022/2065, li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ ospitanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir;

(6) 

“pjattaforma żgħira jew mikro online ta’ kiri għal żmien qasir” tfisser pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir li tikkwalifika bħala intrapriża żgħira jew mikro skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(7) 

“numru tar-reġistrazzjoni” tfisser identifikatur uniku maħruġ mill-awtorità kompetenti li jidentifika unità f’dak l-Istat Membru;

(8) 

“proċedura ta’ reġistrazzjoni” tfisser kwalunkwe proċedura li biha l-ospitanti jridu jipprovdu informazzjoni u dokumentazzjoni speċifiċi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiksbu numru ta’ reġistrazzjoni li jippermettilhom joffru servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir permezz ta’ pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir;

(9) 

“skema ta’ awtorizzazzjoni” tfisser “skema ta’ awtorizzazzjoni” kif definit -fl-Artikolu 4, il-punt 6, tad-Direttiva 2006/123/KE;

(10) 

“elenkar” tfisser ir-referenza għal unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u ppubblikata fuq sit web ta’ pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir;

(11) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru li jkollha l-kompetenza li tamministra jew tinforza proċeduri ta’ reġistrazzjoni, jew li tiġbor data dwar servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jew li tkun responsabbli biex tiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli tal-Istati Membri dwar l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-forniment tagħhom;

(12) 

“data dwar l-attivitajiet” tfisser l-għadd ta’ ljieli li għalihom tinkera unità u l-għadd ta’ klijenti li l-unità tkun inkritilhom għal kull lejl flimkien mal-pajjiż ta’ residenza ta’ kull klijent, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 692/2011;

(13) 

“muniċipalità” tfisser“unità amministrattiva lokali (UAL)” skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.