|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“materja prima” tfisser sustanza fi stat ipproċessat jew mhux ipproċessat użata bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali, minbarra sustanzi użati b’mod predominanti bħala ikel, għalf jew fjuwil tal-kombustjoni;
(2)
“katina tal-valur tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha involuti fl-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima;
(3)
“esplorazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mmirati għall-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal-proprjetajiet ta’ okkorrenzi minerali;
(4)
“estrazzjoni” tfisser l-estrazzjoni ta’ minerali u prodotti tal-pjanti mis-sors oriġinali tagħhom, bħala prodott ewlieni jew bħala prodott sekondarju, inkluż minn okkorrenza minerali taħt l-art, okkorrenza minerali taħt u fl-ilma, u mis-salmura u siġar;
(5)
“kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-estrazzjoni għall-minerali, il-prodotti mill-pjanti u l-konċentrati b’materja prima strateġika, inkluż l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;
(6)
“okkorrenzi minerali” tfisser kwalunkwe mineral wieħed jew kombinament ta’ minerali li jokkorri f’massa jew depożitu ta’ interess ekonomiku potenzjali;
(7)
“riżervi” tfisser l-okkorrenzi minerali kollha li jkunu ekonomikament vijabbli għall-estrazzjoni f’kuntest ta’ suq partikolari;
(8)
“ipproċessar” tfisser il-proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi kollha involuti fit-trasformazzjoni ta’ materja prima minn minerali, prodotti mill-pjanti jew skart f’metalli puri, ligi jew forom oħra użabbli ekonomikament, inkluż iżda mhux limitat għall-benefiċjazzjoni, is-separazzjoni, it-tidwib u l-irfinar u eskluż ix-xogħol tal-metall u t-trasformazzjoni ulterjuri f’oġġetti intermedji u finali;
(9)
“kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar għall-materja prima strateġika, għajr l-operazzjonijiet li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;
(10)
“riċiklaġġ” tfisser riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3, punt (17), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(11)
“kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volum massimu annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ għall-materja prima strateġika wara l-ipproċessar mill-ġdid, inkluż l-issortjar u t-trattament minn qabel tal-iskart, u l-ipproċessar tiegħu f’materja prima sekondarja, fl-Unjoni;
(12)
“konsum annwali tal-materja prima strateġika” tfisser aggregat tal-ammont tal-materja prima strateġika kkonsmata mill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni f’forma pproċessata, għajr il-materja prima strateġika inkorporata fi prodotti intermedji jew finali mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;
(13)
“riskju tal-provvista” tfisser riskju tal-provvista kif ikkalkulat skont l-Anness II, Taqsima 2;
(14)
“proġett tal-materja prima kritika” tfisser kwalunkwe faċilità ppjanata jew estensjoni sinifikanti ppjanata jew adattament ta’ faċilità eżistenti li hija attiva fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima kritika;
(15)
“off-taker” tfisser impriża li tkun daħlet fi ftehim off-take ma’ promotur tal-proġett;
(16)
“ftehim off-take” tfisser ftehim kuntrattwali bejn impriża u promotur tal-proġett li jkun fih impenn min-naħa tal-impriża li takkwista sehem mill-materja prima prodotta minn proġett speċifiku tal-materja prima tul ċertu perjodu taż-żmien, jew impenn min-naħa tal-promotur tal-proġett li jipprovdi l-għażla lill-impriża biex tagħmel dan;
(17)
“promotur tal-proġett” tfisser impriża jew konsorzju ta’ impriżi li jiżviluppaw proġett tal-materja prima;
(18)
“proċess għall-għoti ta’ permessi” tfisser proċess li jkopri l-permessi rilevanti kollha għall-bini u t-tħaddim ta’ proġett tal-materja prima kritika, inkluż il-permessi tal-bini, tal-konnessjoni kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meta dawk ikunu meħtieġa, u li jinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri kollha mir-rikonoxximent li l-applikazzjoni tkun kompluta san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-punt ta’ kuntatt uniku kkonċernat;
(19)
“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li jiddeterminaw jekk promotur tal-proġett ikunx awtorizzat jimplimenta proġett tal-materja prima kritika, mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura tal-appell;
(20)
“programm nazzjonali” tfisser programm nazzjonali jew sett ikkompilat ta’ programmi, li jkopri t-territorju kollu, imħejji u adottat mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali rilevanti;
(21)
“esplorazzjoni ġenerali” tfisser esplorazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li ma tinkludix l-esplorazzjoni mmirata;
(22)
“esplorazzjoni mmirata” tfisser l-investigazzjoni dettaljata ta’ okkorrenza minerali individwali;
(23)
“mappa predittiva” tfisser mappa li tindika żoni li aktarx ikun fihom okkorrenzi minerali ta’ materja prima partikolari;
(24)
“tfixkil fil-provvista” tfisser it-tnaqqis sinifikanti mhux mistenni fid-disponibbiltà ta’ materja prima jew żieda sinifikanti fil-prezz ta’ materja prima li tmur lil hinn mill-volatilità tal-prezzijiet tas-suq normali;
(25)
“katina tal-provvista tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha tal-katina tal-valur tal-materja prima sal-punt fejn materja prima tintuża bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali;
(26)
“strateġiji tal-mitigazzjoni” tfisser il-politiki żviluppati minn operatur ekonomiku li jillimitaw il-probabbiltà ta’ tfixkil fil-provvista fil-katina tal-provvista tal-materja prima tiegħu jew li jtaffu d-danni kkawżati minn dak it-tfixkil fil-provvista fl-attività ekonomika tiegħu;
(27)
“operaturi ewlenin tas-suq” tfisser l-impriżi fil-katina tal-provvista tal-materja prima kritika tal-Unjoni u l-impriżi downstream li jikkonsmaw materja prima kritika, li l-funzjonament affidabbli tagħhom huwa essenzjali għall-provvista ta’ materja prima kritika;
(28)
“stokk strateġiku” tfisser kwantità ta’ materja prima partikolari f’xi forma maħżuna minn operatur pubbliku jew privat biex tiġi rilaxxata fil-każ ta’ tfixkil fil-provvista;
(29)
“kumpanija kbira” tfisser kumpanija li fis-sena finanzjarja l-aktar reċenti li għaliha tħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali kellha medja ta’ aktar minn 500 impjegat u fatturat dinji nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun;
(30)
“teknoloġiji strateġiċi” tfisser it-teknoloġiji ewlenin li huma strumentali għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali kif ukoll għall-applikazzjonijiet tad-difiża u ajruspazjali;
(31)
“bord tad-diretturi” tfisser il-korp amministrattiv jew superviżorju responsabbli għas-superviżjoni tal-maniġment eżekuttiv tal-kumpanija jew, jekk ma jkun hemm l-ebda korp ta’ dan it-tip, il-persuna/i li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti;
(32)
“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3, punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(33)
“ġbir” tfisser ġbir kif definit fl-Artikolu 3, punt (10), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(34)
“trattament” tfisser trattament kif definit fl-Artikolu 3, punt (14), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(35)
“irkupru” tfisser irkupru kif definit fl-Artikolu 3, punt (15), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(36)
“użu mill-ġdid” tfisser użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 3, punt (13), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(37)
“skart tal-estrazzjoni” tfisser skart tal-estrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/21/KE;
(38)
“faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni” tfisser faċilità tal-iskart kif definit fl-Artikolu 3, punt (15), tad-Direttiva 2006/21/KE;
(39)
“valutazzjoni ekonomika preliminari” tfisser valutazzjoni kunċettwali fi stadju bikri, tal-vijabbiltà ekonomika potenzjali ta’ proġett għall-irkupru ta’ materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni;
(40)
“apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika” tfisser apparat mediku mhux invażiv li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni anatomiċi jew xi apparat ieħor li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni ġewwiena tal-oġġett;
(41)
“ġeneratur tal-enerġija eolika” tfisser il-parti ta’ turbina eolika fuq l-art jew lil hinn mill-kosta li tikkonverti l-enerġija mekkanika tar-rotor f’enerġija elettrika;
(42)
“robot industrijali” tfisser manipulatur ikkontrollat b’mod awtomatiku, riprogrammabbli, għal diversi użi, programmabbli bi tliet assi jew aktar, li jista’ jkun fiss jew mobbli biex jintuża f’applikazzjonijiet tal-awtomatizzazzjoni industrijali;
(43)
“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura approvata skont it-tip tal-kategoriji M jew N kif stabbilit fl-Artikolu 4(1), punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(44)
“mezz tat-trasport ħafif” tfisser kwalunkwe vettura bir-roti ħafifa li tista’ titħaddem bil-mutur elettriku waħdu jew b’kombinament ta’ potenza tal-mutur u tal-bniedem, inkluż skuters elettriċi, roti elettriċi u vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;
(45)
“ġeneratur tat-tkessiħ” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tkessiħ li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tkessiħ tas-sħana estratta mill-ispazju jew mill-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;
(46)
“pompa tas-sħana” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tisħin li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tisħin tal-provvista tas-sħana fl-ispazju jew fil-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;
(47)
“mutur elettriku” tfisser apparat li jikkonverti l-potenza elettrika tal-input f’potenza mekkanika tal-output fil-forma ta’ rotazzjoni b’veloċità rotazzjonali u torque li jiddependi fuq fatturi li jinkludu l-frekwenza tal-vultaġġ tal-provvista u l-għadd ta’ poli tal-mutur, u b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar;
(48)
“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi ttrattata għalkollox mill-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-utent f’xi punt waqt il-programm;
(49)
“magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ” tfisser apparat li fih it-tessuti jitnixxfu bit-tidwir f’tanbur li jdur u li tgħaddi l-arja msaħħna minnu;
(50)
“microwave” tfisser apparat maħsub biex jintuża għat-tisħin tal-ikel permezz tal-enerġija elettromanjetika;
(51)
“vacuum cleaner” tfisser apparat li jneħħi l-ħmieġ minn fuq wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf permezz ta’ fluss tal-arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unit;
(52)
“magna tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf u tlaħlaħ il-pożati u l-oġġetti ta’ fuq il-mejda;
(53)
“kalamita permanenti” tfisser kalamita li żżomm il-manjetiżmu tagħha wara li titneħħa minn kamp manjetiku estern;
(54)
“trasportatur tad-data” tfisser simbolu ta’ barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għal ġbir awtomatiku tad-data tal-identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;
(55)
“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni tal-prodotti;
(56)
“kisi tal-kalamiti” tfisser saff ta’ materjal li ġeneralment jintuża biex jipproteġi l-kalamiti mill-korrużjoni;
(57)
“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku, termali jew metallurġiku bir-riżultat li l-komponenti jew il-materjali fil-mira jkunu identifikabbli bħala fluss ta’ output separat jew parti minn fluss ta’ output;
(58)
“riċiklatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq riċiklaġġ f’faċilità permessa;
(59)
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew bi ħlas u anki mingħajru;
(60)
“tip ta’ materja prima kritika” tfisser materja prima kritika mqiegħda fis-suq li tkun differenzjata skont l-istadju tal-ipproċessar tagħha, il-kompożizzjoni kimika tagħha, l-oriġini ġeografika tagħha jew il-metodi tal-produzzjoni użati;
(61)
“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;
(62)
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 28, 29 jew 31;
(63)
“Sħubija Strateġika” tfisser impenn bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew pajjiż jew territorju ekstra-Ewropej biex tiżdied il-kooperazzjoni relatata mal-katina tal-valur tal-materja prima li hi stabbilita bi strument mhux vinkolanti li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti ta’ interess reċiproku, li jiffaċilitaw l-eżiti ta’ benefiċċju kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-pajjiż terz jew pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej rilevanti;
(64)
“governanza b’diversi partijiet ikkonċernati” tfisser rwol formali, sinifikattiv, u sostantiv ta’ tipi multipli ta’ partijiet ikkonċernati, li jinkludi mill-inqas lis-soċjetà ċivili, fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni, dokumentat permezz ta’ mandat, termini ta’ referenza jew evidenza oħra, u li jikkonfermaw jew jappoġġaw l-involviment tar-rappreżentanti ta’ diversi partijiet ikkonċernati ta’ dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|