+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 3.

Sal-1 ta’ Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi jiġu pprovduti parametri referenzjarji tal-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-Unjoni espressi bħala sehem tal-materja prima strateġika disponibbli fil-flussi ta’ skart rilevanti.

L-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jispeċifikaw il-flussi tal-iskart u l-materja prima strateġika fi ħdanhom li għalihom biżżejjed informazzjoni dwar il-volumi ta’ skart rilevanti u l-kontenut tal-materja prima strateġika tagħhom tkun disponibbli abbażi tar-rekwiżiti ta’ rapportar tar-Regolament (UE) 2023/1542, id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), biex jippermettu l-istima tal-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni bħala sehem tal-materja prima strateġika li tinsab fil-flussi tal-iskart rilevanti.

L-atti delegati adotatti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jistabbilixxi parametru referenzjarju tal-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni bbażat fuq il-kapaċità tar-riċiklaġġ għal kull materja prima strateġika fil-flussi tal-iskart rilevanti identifikati skont it-tieni subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-parametru referenzjarju talkapaċità tar-riċiklaġġ imsemmi fit-tielet subparagrafu abbażi tal-elementi li ġejjin:

(a) 

il-kapaċità attwali tar-riċiklaġġ tal-Unjoni espressa bħala sehem tal-materja prima strateġika disponibbli fil-flussi tal-iskart rilevanti;

(b) 

il-punt sa fejn dik il-materja prima strateġika tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-flussi tal-iskart rilevanti, b’kont meħud tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika;

(c) 

miri stabbiliti f’atti legali tal-Unjoni oħra rilevanti għall-irkupru tal-materja prima strateġika mill-iskart.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 38 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna l-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jekk, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(2), l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ skart rilevanti u l-kontenut tal-materja prima strateġika tal-flussi ta’ skart ulterjuri ssir disponibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.