|
+Artikolu 20 3. |
Artikolu 20 3.Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (e), għandha tiżgura li jitwettaq test tal-istress għall-katina tal-provvista ta’ kull materja prima strateġika mill-anqas kull tliet snin jew jekk tiġi identifikata żieda sinifikanti fir-riskji għall-provvista b’riżultat tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. Għal dak il-għan, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (e), għandu jikkoordina u jaqsam l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-materja prima strateġika differenti mill-awtoritajiet parteċipanti differenti. It-testijiet tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonsistu f’valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-katina tal-provvista tal-materja prima tal-Unjoni tal-materja prima strateġika rilevanti għat-tfixkil fil-provvista billi jiġi stmat l-impatt ta’ xenarji differenti li jistgħu jikkawżaw tali tfixkil fil-provvista u l-effetti potenzjali tagħhom, filwaqt li jitqiesu mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-post fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima strateġika kkonċernata;
(b)
il-kapaċitajiet tal-operaturi ekonomiċi tul il-katina tal-valur tal-materja prima kif ukoll l-istruttura tas-suq;
(c)
il-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-provvista, inkluż iżda mhux limitati għas-sitwazzjoni ġeopolitika, il-loġistika, il-provvista tal-enerġija, il-forza tax-xogħol jew id-diżastri naturali;
(d)
id-disponibbiltà u l-kapaċità li jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista, il-materjali sostituti jew li titnaqqas id-domanda;
(e)
l-utenti tal-materja prima strateġika rilevanti tul il-katina tal-valur tal-materja prima u s-sehem tagħhom mid-domanda, b’attenzjoni speċjali għall-manifattura ta’ teknoloġiji rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-applikazzjonijiet tad-difiża u ajruspazjali.
(f)
l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier tal-materja prima strateġika rilevanti jew tal-oġġetti li jużaw il-materja prima strateġika bħala input fis-suq intern. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|