+Artikolu 20
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riskji tal-provvista relatati mal-materja prima kritika, b’mod partikolari dawk li jirriskjaw li jfixklu l-kompetizzjoni jew jifframmentaw is-suq intern. Dak il-monitoraġġ għandu jkopri mill-inqas l-evoluzzjoni tal-parametri li ġejjin:
(a)
il-flussi kummerċjali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u fi ħdan is-suq intern;
(b)
id-domanda u l-provvista;
(c)
il-konċentrazzjoni tal-provvista;
(d)
il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-Unjoni u dinjija fi stadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima;
(e)
il-volatilità tal-prezzijiet;
(f)
konġestjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-awtorizzazzjoni tal-konġestjonijiet għall-Proġetti Strateġiċi fi ħdan l-Unjoni;
(g)
l-ostakli potenzjali għall-kummerċ tal-materja prima kritika jew ta’ oġġetti li jużaw il-materja prima kritika bħala input fis-suq intern.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (e) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi:
(a)
jikkondividu kull informazzjoni rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għajr il-punt (e) ta’ dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21;
(b)
jiġbru, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet parteċipanti l-oħra, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21;
(c)
jipprovdu analiżi tar-riskji tal-provvista tal-materja prima kritika fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1;
(d)
jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk l-Istat Membru jsir jaf b’xi riskju ta’ tfixkil serju fil-provvista relatat mal-materja prima kritika.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (e), għandha tiżgura li jitwettaq test tal-istress għall-katina tal-provvista ta’ kull materja prima strateġika mill-anqas kull tliet snin jew jekk tiġi identifikata żieda sinifikanti fir-riskji għall-provvista b’riżultat tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. Għal dak il-għan, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 36(8), il-punt (e), għandu jikkoordina u jaqsam l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-materja prima strateġika differenti mill-awtoritajiet parteċipanti differenti. It-testijiet tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonsistu f’valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-katina tal-provvista tal-materja prima tal-Unjoni tal-materja prima strateġika rilevanti għat-tfixkil fil-provvista billi jiġi stmat l-impatt ta’ xenarji differenti li jistgħu jikkawżaw tali tfixkil fil-provvista u l-effetti potenzjali tagħhom, filwaqt li jitqiesu mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-post fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima strateġika kkonċernata;
(b)
il-kapaċitajiet tal-operaturi ekonomiċi tul il-katina tal-valur tal-materja prima kif ukoll l-istruttura tas-suq;
(c)
il-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-provvista, inkluż iżda mhux limitati għas-sitwazzjoni ġeopolitika, il-loġistika, il-provvista tal-enerġija, il-forza tax-xogħol jew id-diżastri naturali;
(d)
id-disponibbiltà u l-kapaċità li jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista, il-materjali sostituti jew li titnaqqas id-domanda;
(e)
l-utenti tal-materja prima strateġika rilevanti tul il-katina tal-valur tal-materja prima u s-sehem tagħhom mid-domanda, b’attenzjoni speċjali għall-manifattura ta’ teknoloġiji rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-applikazzjonijiet tad-difiża u ajruspazjali.
(f)
l-ostakli potenzjali għall-kummerċ transfruntier tal-materja prima strateġika rilevanti jew tal-oġġetti li jużaw il-materja prima strateġika bħala input fis-suq intern.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel għodda tal-monitoraġġ disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu, u taġġornaha regolarment, u għandu jkun fiha:
(a)
informazzjoni aggregata dwar l-evoluzzjoni tal-parametri msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
deskrizzjoni aggregata tal-kalkolu tar-riskju tal-provvista tal-materja prima kritika fid-dawl tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;
(c)
fejn ikun xieraq, suġġerimenti ġenerali għal strateġiji xierqa tal-mitigazzjoni biex jonqos ir-riskju tal-provvista, sakemm il-fatt li tali suġġerimenti ġenerali isiru disponibbli għall-pubbliku ma jipperikolax il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jew tan-negozju jew informazzjoni sensittiva,kunfidenzjali jew klassifikata oħra.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni miġbura abbażi tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Fejn, abbażi tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm indikazzjoni ċara tar-riskju ta’ tfixkil fil-provvista li aktarx se jfixkel il-kompetizzjoni jew jifframmenta is-suq intern, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri, lill-Bord u lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni dwar mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet li l-ambitu tagħhom ikun ikopri l-materja prima strateġika jew kritika rilevanti. Meta jkun rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk dan ir-riskju jirrikjedix aġġornament tal-lista ta’ materja prima strateġika skont l-Artikolu 3(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|