|
+ANNESS II Materja prima kritika |
ANNESS II Materja prima kritika
ANNESS II Materja prima kritika TAQSIMA 1 LISTA TAL-MATERJA PRIMA KRITIKA Din il-materja prima għandha titqies kritika:
(a)
l-antimonju
(b)
l-arseniku
(c)
il-bauxite/l-alumina/l-aluminju
(d)
il-barit
(e)
il-berillju
(f)
il-bismut
(g)
il-boron
(h)
il-kobalt
(i)
il-faħam tal-kokk
(j)
ir-ram
(k)
il-feldspar
(l)
il-fluworit
(m)
il-gallju
(n)
il-ġermanju
(o)
l-afnju
(p)
l-elju
(q)
l-elementi tal-materjali tal-art rari tqal
(r)
l-elementi tal-materjali tal-art rari ħfief
(s)
il-litju
(t)
il-manjeżju
(u)
il-manganiż
(v)
il-grafit
(w)
in-nikil – grad ta’ batterija
(x)
in-nijobju
(y)
il-blat fosfatiku
(z)
il-fosforu
(aa)
il-metalli tal-grupp tal-platinu
(ab)
l-iskandju
(ac)
il-metall tas-siliċju
(ad)
l-istronzju
(ae)
it-tantalju
(af)
il-metall tat-titanju
(ag)
it-tungstenu
(ah)
il-vanadju TAQSIMA 2 KALKOLU TAL-IMPORTANZA EKONOMIKA U TAR-RISKJU TAL-PROVVISTA 1. L-importanza ekonomika (EI) tal-materja prima vvalutata hi kkalkolata kif ġej:
fejn: s tirrappreżenta s-setturi tan-NACE (livell ta’ 2 ċifri) tal-ekonomija; As hi s-sehem tal-użu aħħari tal-materja prima vvalutata f’settur tan-NACE (livell ta’ 2 ċifri) (bl-użu ta’ valuri tal-Unjoni meta disponibbli, inkella ishma globali); Qs hi l-valur miżjud tas-settur rilevanti fin-NACE (livell ta’ 2 ċifri), bħala sehem tal-ekonomija totali; SIEI hi l-indiċi tas-sostituzzjoni relatat mal-importanza ekonomika. 2. L-indiċi tas-sostituzzjoni tal-materja prima vvalutata relatat mal-importanza ekonomika (SIEI) hu kkalkolat, abbażi tal-aktar applikazzjonijiet industrijali rilevanti, kif ġej:
fejn: i tirrappreżenta materjal sostitut individwali; a tirrappreżenta applikazzjoni individwali tal-materja prima; SPPi,a;EI hu l-parametru tal-prestazzjoni ta’ Importanza Ekonomika ta’ kull materjal sostitut, i, imqabbel mal-materja prima vvalutata, abbażi tal-prestazzjoni teknika, inkluża l-funzjonalità, u l-prestazzjoni tal-kost, għal kull applikazzjoni, a; Sharea hu s-sehem tal-materja prima f’applikazzjoni tal-użu aħħari; Sub_sharei,a hu s-subsehem ta’ kull materjal sostitut f’kull applikazzjoni. 3. Ir-riskju tal-provvista (SR) tal-materja prima vvalutata hu kkalkolat kif ġej:
fejn: GS tirrappreżenta l-produzzjoni annwali dinjija tal-materja prima vvalutata; Kisba tal-UE tirrappreżenta l-kisba proprja tal-provvista fl-Unjoni, jiġifieri l-produzzjoni domestika tal-Unjoni flimkien ma’ importazzjonijiet tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn PTEEs; HHI hu l-Indiċi Herfindahl-Hirschman (użat bħala indikatur għall-konċentrazzjoni tal-provvista minn pajjiż għal ieħor); WGI hu indiċi bbażat fuq l-Indikaturi Dinjin skalati tal-Governanza tal-Bank Dinji (użat bħala indikatur għall-governanza tal-pajjiżi); tc hu l-parametru kummerċjali li jaġġusta d-WGI, li għandu jiġi ddeterminat b’mod li jitqiesu t-taxxi potenzjali fuq l-esportazzjoni (possibbilment imnaqqsa bi ftehim kummerċjali fis-seħħ), il-kwoti fiżiċi fuq l-esportazzjoni jew il-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti minn pajjiż, c. EoLRIR hi r-rata tal-input tar-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja, jiġifieri l-proporzjon tal-inputs tal-materja sekondarja (riċiklati minn ruttam antik) għall-inputs kollha ta’ materja prima (primarja u sekondarja); SISR hu l-indiċi tas-sostituzzjoni relatat mar-riskju tal-provvista; IR hi d-dipendenza fuq l-importazzjoni. 4. Id-dipendenza fuq l-importazzjoni, IR, ta’ materja prima hi kkalkolata kif ġej:
5. L-Indiċi Herfindahl-Hirschman (HHIWGI) tal-materja prima vvalutata hu kkalkolat kif ġej:
fejn: c tirrappreżenta l-pajjiżi li qed jipprovdu l-materja prima vvalutata; Sc hi s-sehem tal-pajjiż c fil-provvista (GS jew fil-kisba tal-UE) tal-materja prima vvalutata; WGIc hu indiċi bbażat fuq l-Indikaturi Dinjin skalati tal-Governanza tal-Bank Dinji tal-pajjiż c; tc hu l-parametru kummerċjali ta’ pajjiż li jaġġusta d-WGI, li għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jitqiesu t-taxxi potenzjali fuq l-esportazzjoni (possibbilment imnaqqsa bi ftehim kummerċjali fis-seħħ), il-kwoti fiżiċi fuq l-esportazzjoni jew il-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti minn pajjiż c. 6. L-indiċi tas-sostituzzjoni tal-materja prima vvalutata relatat mar-riskju tal-provvista (SISR) hu kkalkolat kif ġej:
fejn: i tirrappreżenta materjal sostitut individwali; a tirrappreżenta applikazzjoni individwali tal-materjal kandidat; SPPi; SR hu l-parametru tal-prestazzjoni tar-Riskju tal-Provvista ta’ kull materjal sostitut, i, abbażi tal-produzzjoni dinjija, il-kritikalità u s-sinifikat ekonomiku tiegħu (prodott primarju, koprodott, prodott sekondarju); Sharea hu s-sehem tal-materjali kandidati f’applikazzjoni tal-użu aħħari; Sub_sharei,a hu s-subsehem ta’ kull materjal sostitut f’kull applikazzjoni. 7. Meta l-bidliet strutturali jew statistiċi jaffettwaw il-kejl tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista orizzontalment għall-materjali kollha vvalutati, il-valuri korrispondenti għandhom jiġu kkoreġuti biex tpaċu tali bidliet. Il-kalkoli tal-formulas f’din it-Taqsima għandhom ikunu bbażati fuq medja tal-aktar reċenti ħames snin li għalihom hemm data. Għandhom jitqiesu l-prijorità, il-kwalità u d-disponibbiltà tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|