+ANNESS III Valutazzjoni tal-kriterji tar-rikonoxximent għall-Proġetti Strateġiċi

ANNESS III Valutazzjoni tal-kriterji tar-rikonoxximent għall-Proġetti Strateġiċi




ANNESS III

Valutazzjoni tal-kriterji tar-rikonoxximent għall-Proġetti Strateġiċi

1. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġett fl-Unjoni jissodisfax il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) għandu jqis:

(a) 

jekk il-proġett jikkontribwix għall-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-punt (a);

(b) 

jekk il-proġett jikkontribwix għaż-żamma jew it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni bħala sehem tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, filwaqt li titqies iż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni;

(c) 

jekk il-proġett jikkontribwix għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipproduċi materja prima innovattiva li kapaċi tissostitwixxi materja prima strateġika f’teknoloġija strateġika waħda jew aktar, filwaqt li tieħu miżuri biex tilħaq impronta ambjentali ndaqs jew aktar baxxa meta mqabbla mal-materja prima strateġika li hi sostitwita.

Il-kontribut ta’ proġett għall-parametru referenzjarju tal-kapaċità rilevanti għandu jiġi vvalutat filwaqt li jitqies il-pjan tan-negozju tal-proġett u l-informazzjoni teknika ta’ appoġġ inkluża fl-applikazzjoni u ż-żmien stmat għas-suq tal-proġett.

2. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġett f’pajjiż terz jew f’PTEE jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) għandha tqis:

(a) 

jekk il-proġett jikkontribwix għall-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-punt (b) jew jikkontribwix għaż-żamma tar-reżiljenza tal-provvista tal-Unjoni ta’ materja prima strateġika;

(b) 

jekk il-qafas legali applikabbli jew kundizzjonijiet oħra jipprovdux assigurazzjoni li l-kummerċ u l-investiment relatati mal-proġett mhux se jitfixklu, filwaqt li b’mod partikolari jitqies jekk l-Unjoni kkonkludietx Sħubija Strateġika kif imsemmi fl-Artikolu 37 jew ftehim kummerċjali b’kapitlu dwar il-materja prima mal-pajjiż terz, jew il-PTEEs rilevanti, u jkun konsistenti mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni;

(c) 

il-punt sa fejn hemm impriżi li għandhom jew li huma lesti jikkonkludu ftehimiet tax-xiri mal-promotur tal-proġett biex jużaw jew jipproċessaw il-materja prima strateġika magħmula mill-proġetti rilevanti fl-Unjoni;

(d) 

jekk il-proġett hux konformi mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-politika barranija tal-Unjoni.

Il-kontribut ta’ proġett għall-parametri referenzjarji msemmija fil-punt (a) għandu jiġi vvalutat filwaqt li jitqies il-pjan tan-negozju tal-proġett u l-informazzjoni teknika ta’ appoġġ inkluża fl-applikazzjoni, il-ħin stmat għas-suq tal-proġett kif ukoll is-sehem tal-output tal-proġett li hu kopert minn ftehimiet eżistenti jew potenzjali tax-xiri kif imsemmi fil-punt (c). L-evidenza relatata mal-punt (c) tista’ tinkludi ftehimiet kuntrattwali, ittri ta’ intenzjoni jew memoranda ta’ qbil.

3. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġett jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (b), għandha tqis:

(a) 

il-kwalità tal-istudji tal-fattibbiltà mwettqa dwar il-potenzjal tal-iżvilupp tal-proġett;

(b) 

jekk it-teknoloġija maħsuba biex tintuża ġietx murija fl-ambjent rilevanti.

4. L-istudji tal-fattibbiltà msemmija fil-punt 3(a) għandhom jitfasslu biex:

(a) 

jivvalutaw jekk proġett propost hux probabbli li jirnexxi billi jiġu analizzati kunsiderazzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali;

(b) 

jidentifikaw kwistjonijiet u problemi tekniċi potenzjali li jistgħu jinqalgħu waqt it-twettiq tal-proġett.

Jaf ikun hemm bżonn isiru studji oħra biex tiġi konfermata l-fattibbiltà tal-proġett.

5. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġetti li jinsabu fl-Unjoni jissodisfawx il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (c), għandha tqis valutazzjoni ġenerali tal-konformità tal-proġett mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali rilevanti kif ukoll l-evidenza supplimentari rilevanti, filwaqt li jitqies il-post tal-proġett.

Il-valutazzjoni ta’ jekk proġetti f’pajjiżi terzi jew f’PTEEs jissodisfawx il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (c), għandha tqis il-konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli fejn dik il-liġi nazzjonali tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni ta’ konformità mal-kriterju jew aspetti minnu u mal-istrumenti internazzjonali li ġejjin:

(a) 

Id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;

(b) 

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, b’mod partikolari l-linji gwida relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(c) 

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli;

(d) 

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Involviment Sinifikanti tal-Partijiet Ikkonċernati fis-Settur tal-Estrazzjoni, inkluż fejn issir referenza għall-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;

(e) 

Il-Prinċipji tal-OECD dwar il-Governanza Korporattiva;

(f) 

Il-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali dwar il-Kondotta Responsabbli tal-Impriżi;

(g) 

Il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

(h) 

L-Istandard 5 ta’ Prestazzjoni tal-IFC dwar l-Akkwist tal-Art u r-Risistemazzjoni Involontarja.

6. Il-promoturi tal-proġetti jistgħu wkoll jikkonfermaw il-konformità mal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (c) billi:

(a) 

jipprovdu evidenza li l-proġett ikkonċernat hu ċċertifikat individwalment minn skema waħda jew aktar rikonoxxuti skont l-Artikolu 30(2) li jkopru b’mod konġunt ir-rekwiżiti elenkati fl-Anness IV, il-punt (2); jew

(b) 

jimpenjaw li jiksbu ċertifikazzjoni għall-proġett ikkonċernat bħala parti minn skema waħda jew aktar rikonoxxuti skont l-Artikolu 30(2) li jkopru b’mod konġunt ir-rekwiżiti elenkati fl-Anness IV, il-punt (2), u jipprovdu evidenza biżżejjed li meta jiġi implimentat il-proġett ikkonċernat ikun jista’ jissodisfa l-kriterji għal din iċ-ċertifikazzjoni.

7. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġett fl-Unjoni jissodisfax il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (d), għandha tqis:

(a) 

jekk impriżi minn Stati Membri differenti jipparteċipawx fil-proġett;

(b) 

jekk il-persuni li potenzjalment jixtru jkunux jinsabu wkoll f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(c) 

l-effetti fuq id-disponibbiltà ta’ materja prima strateġika għall-utenti downstream f’aktar minn Stat Membru wieħed.

8. Il-valutazzjoni ta’ jekk proġett f’pajjiż terz jissodisfax il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-punt (e), għandha tqis il-punt sa fejn il-proġett jikkontribwixxi, fil-pajjiż terz rilevanti biex:

(a) 

jissaħħaħ aktar minn stadju wieħed tal-katina tal-valur tal-materja prima f’dak il-pajjiż jew fir-reġjun usa’ tiegħu;

(b) 

jitrawwem l-investiment privat fil-katina tal-valur tal-materja prima domestika;

(c) 

jinkisbu benefiċċji ekonomiċi jew soċjali usa’, inkluż il-ħolqien tal-impjiegi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.