+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 4.

Meta jiddeterminaw termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezzijiet, għall-għoti tal-aċċess, u sabiex jevitaw prezzijiet eċċessivi, l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha għandhom, fejn rilevanti, iqisu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

kuntratti u termini u kundizzjonijiet kummerċjali eżistenti miftiehma bejn operaturi li jfittxu aċċess u operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku li jagħtu aċċess għal infrastruttura fiżika;

(b) 

il-ħtieġa li jkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess ikollu opportunità ġusta biex jirkupra l-ispejjeż li jġarrab biex jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fiżika tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, il-mudelli tan-negozju, u kwalunkwe struttura tariffarja stabbilita biex tingħata opportunità ġusta għall-irkupru tal-ispejjeż; fil-każ tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jitqies ukoll kull rimedju impost minn awtorità regolatorja nazzjonali;

(c) 

kwalunkwe spiża addizzjonali ta’ manutenzjoni u adattament li jirriżulta mill-għoti ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika rilevanti;

(d) 

l-impatt tal-aċċess mitlub fuq il-pjan tan-negozju tal-fornitur tal-aċċess, inkluż l-investimenti fl-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess;

(e) 

fil-każ speċifiku ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika tal-operaturi, kwalunkwe gwida rilevanti skont il-paragrafu 13, u b’mod partikolari:

(i) 

il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk l-investimenti fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju tagħhom;

(ii) 

il-ħtieġa għal redditu ġust fuq l-investiment u għal kwalunkwe skeda ta’ żmien għal tali redditu fuq l-investiment;

(iii) 

kwalunkwe impatt tal-aċċess fuq il-kompetizzjoni downstream u konsegwentement fuq il-prezzijiet u r-redditu fuq l-investiment;

(iv) 

kwalunkwe deprezzament tal-assi tan-network fil-mument tat-talba għal aċċess;

(v) 

kwalunkwe argument għall-vijabbiltà li jirfed l-investiment fil-mument li jkun sar, b’mod partikolari investiment fl-infrastruttura fiżika użata għall-forniment tal-konnettività; u

(vi) 

kwalunkwe possibbiltà offruta preċedentement lil dawk li jkunu qed ifittxu aċċess biex jikkoinvestu fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura fiżika, b’mod partikolari skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jew jimplimentawha b’mod konġunt;

(f) 

meta titqies il-ħtieġa tal-operaturi għal redditu ġust fuq l-investiment li jirrifletti l-kundizzjonijiet rilevanti tas-suq, il-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ impriżi li primarjament jipprovdu faċilitajiet assoċjati u joffru aċċess fiżiku għal aktar minn impriża waħda li tipprovdi, jew li hija awtorizzata li tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.